IĊĊELEBRATA L-ĠIMGĦA EWROPEA TAL-MOBILITÀ
pr1558
18/09/2009
| Madwar il-pajjiżi tal-Unjoni | Ewropea qed tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa Ewropea tal-Mobilita’. Madwar l-ibliet ewropej iċ-ċittadini qed jiġu mistiedna għal numru t’attivitajiet bl-għan li jitwassal messaġġ favur mobilta’ sostenibbli. |
| It-tema Ewropea magħżula għal din is-sena hi: | Intejbu l-Klima fil-Bliet. Din it-tema ntgħażlet biex tinkoraġġixxi liċ-ċittadini jagħmlu użu ta’ diversi inizjattivi bħal ma huma użu tar-roti flok il-karozza, skemi bħal car-sharing u l-car-pooling u miżuri oħra li jtejbu l-livell tal-għixien tal-komunita’ tal-madwar. Għalhekk fil-Jum tas-Sibt 19 ta’ Settembru kull min se jkun qed jidħol fiċ-ċentri għall-iskart goff (Ħal Luqa, Mrieħel, Ħal Far, Għallies u x-Xewkija Għawdex) sabiex jiddisponi mill-iskart goff se jingħata biljett b’xejn li permezz tiegħu jkun qed jipparteċipa f’lotterija bil-premijiet ikunu żewġ roti, u tletin 7-day bus ticket. Ir-rebbieħa jitħabbru t-Tlieta 22 ta’ Settembru. Permezz tal-kampanja 34U fil-ġranet li ġejjin se titħawwel ukoll siġra għal kull 10 karozzi li se jidħlu fis-Civic Amenity Sites nhar is-Sibt. |
| Pajjiżna dejjem kellu rwol pro-attiv f’dan | il-qasam tant li kien pajjiżna li beda d-diskussjonijiet fuq livell internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima. Dawn l-attivitajiet għandhom l-iskop li jkompli jqajmu kuxjenza ambjentali għax il-ħarsien tal-ambjent jissarraf ukoll f’livell t’għixien aħjar. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en