STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI PERMANENTI KONTRA L-KORRUZZJONI
pr1557
18/09/2009
| B’riferenza | għall-artikolu tal-Onor Josè Herrera, li deher fil-ħarġa tal-ġurnal ‘L-Orizzont’ tas-16 ta’ Settembru 2009, fejn ġie allegat li l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni f’dawn l-aħħar għaxar snin ma kienitx kapaċi lanqas tagħti deċiżjoni waħda, il-Kummissjoni, f’ġieħ is-sewwa, jidhrilha li għandu jingħad li f’dawn l-aħħar għaxar snin hija kkonkludiet 228 investigazzjoni. Minn dawn 172 ġew arkivjati għax, wara li ġew konsidrati, mill-provi mismugħa ma riżultax li kien hemm fatti li setgħu jammontaw għal atti ta’ korruzzjoni. Dwar il-56 l-ohra ntbagħat rapport lill-Onor Ministru tal-Ġustizzja skont il-liġi. |
| Jiġi preċiżat | ukoll li l-Kummissjoni mhix tribunal u l-anqas ma tagħti sentenzi. Dwar dan ukoll, l-artiklu msemmi huwa skorrett. Ir-rwol tal-Kummissjoni huwa investigattiv u għalhekk ma tagħtix sentenzi. |
| Jiġi rilevat li | l-Kummissjoni dejjem għamlet ir-rapport ta’ kull sena, dwar ħidmitha, skont il-Liġi dwar il-Kummissjoni Permanent Kontra l-Korruzzjoni (Kap 326). |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en