Left arrow Mur Lura

Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg jesprimi l-kondoljanzi tiegħu mal-poplu Taljan għall-mewt ta’ sitt suldati Taljani fl-Afganistan

pr1556
Date Icon 18/09/2009
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-mewt tragika ta’ sitt suldati Taljani li mietu l-bieraħ f’attakk suwiċidja waqt li kienu qed jaqdu dmirijiethom f’Kabul biex jgħinu lill-poplu u l-Gvern Afgan.
F’ittra li l-Viċi Prim Ministru bagħatlill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Franco Frattini, huwa esprima s-solidarjeta’ tiegħu mal-familjari tal-vittmi li f’dan il-mument ta’ dieqa jħossu n-nuqqas tal-għeżież tagħhom.
DrTonio Borg qal li Malta tikkundanna bil-qawwa kollha l-atti terroristiċi li għandhom l-għan li jwaqqfu l-poplu Afgan milli jeżerċita d-drittijiet demokratiċi tiegħu, kif eżerċitahom b’kuraġġ fl-aħħar elezzjonijiet presidenzjali fil-pajjiż Afgan.
Intant il-Viċi Prim Ministru Borg stqarr lisfortuntament din it-traġedja hija l-prezz li ħallset l-Italja sabiex tiġġieled it-terroriżmu u fl-istess waqt tagħti l-kontribut tagħha għall-paċi u s-sigurta’ internazzjonali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow