Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg jesprimi l-kondoljanzi tiegħu mal-poplu Taljan għall-mewt ta’ sitt suldati Taljani fl-Afganistan
pr1556
18/09/2009
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin Tonio Borg esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-mewt tragika ta’ sitt suldati Taljani li mietu l-bieraħ f’attakk suwiċidja waqt li kienu qed jaqdu dmirijiethom f’Kabul biex jgħinu lill-poplu u l-Gvern Afgan. |
| F’ittra li l-Viċi Prim Ministru bagħat | lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Franco Frattini, huwa esprima s-solidarjeta’ tiegħu mal-familjari tal-vittmi li f’dan il-mument ta’ dieqa jħossu n-nuqqas tal-għeżież tagħhom. |
| Dr | Tonio Borg qal li Malta tikkundanna bil-qawwa kollha l-atti terroristiċi li għandhom l-għan li jwaqqfu l-poplu Afgan milli jeżerċita d-drittijiet demokratiċi tiegħu, kif eżerċitahom b’kuraġġ fl-aħħar elezzjonijiet presidenzjali fil-pajjiż Afgan. |
| Intant il-Viċi Prim Ministru Borg stqarr li | sfortuntament din it-traġedja hija l-prezz li ħallset l-Italja sabiex tiġġieled it-terroriżmu u fl-istess waqt tagħti l-kontribut tagħha għall-paċi u s-sigurta’ internazzjonali. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en