Il-Proġett ta’ ilqugħ mill-għarar f’Pembroke jinsab fl-aħħar fażi tiegħu
pr1553
17/09/2009
| Il-Ministeru | għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jinsab ghaddej bl-aħħar fażi tax- xogħlijiet fuq il-proġett ta’ ilqugħ mill-għarar f’Pembroke flimkien ma’ tqegħid ta’ servizz oħra. |
| Il-pożizzjoni ġeografika ta’ din il-lokalita’ | hija suxxettibbli għall-għarar minħabba l-fatt li tilqa’ fiha l-ilmijiet li jinżlu minn tal-Ibraġġ u l-Maddliena. Uħud mill-inħawi ta’ Pembroke li jinsabu l-aktar fil-baxx huma l-aktar partijiet li jsofru mill-għarar. F’dan l-isfond qed isir xogħol ta’ culverts biex jilqgħu l-ilmijiet f’Pembroke partikolarment fi Triq A. Sisner, Triq Lorenzo Manche’, Triq M. Debrincat u Triq C. Sciberras. Din is-sistema ta’ culverts hija maħsuba biex eventwalment l-ilmijiet li jinġabru fl-inħawi msemmija, jgħaddu minn kanal taħt Triq il-Mediterran. M’hemmx dubju li dan il-proġett ser inaqqas sostanzjalment l-inkonvenjenza u l-ħsarat li jsiru fl-inħawi minħabba l-għarar. Peress li l-komunikazzjoni tad-dranaġġ ta’ numru żgħir ta’ djar instabet f’livelli aktar fil-fond minn dak mistenni, kellhom isiru xi emendi fil-livelli tal-kanal sabiex dawn ma jtelfux il-mgħodija tal-ilma. Dan il-proġett li qed isir b’investiment ta’ ‘l fuq minn €100,000 se jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin. |
Il-Ministeru filwaqt li jirringrazzja lir-residenti tal-koperazzjoni taghhom jiskuża ruħu tal-inkonvenjent li seta nħoloq. Għal aktar tagħrif dwar dan il-proġett, wieħed jista jikkuntattja lit-Taqsima tal-Customer Care fuq in-numru tat-telefon 22997787 jew permezz tal-email fuq customercare.mrra@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en