STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI
pr1552
17/09/2009
| Il-Gvern u l-MUT impenjati | f’ħidma kontra t-tixrid tal-influwenza |
| B’riferenza għall-istqarrija | tad-Deputat Mexxej Laburista, l-Onorevoli Anglu Farrugia b’riferenza għall-mizuri li qed jittieħdu fl-iskejjel biex jilqghu ghat-tixrid tal-influwenza N1H1, il-Ministeru tal-Edukazzjoni jixtieq jassigura lil kulħadd li qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa bi qbil mal-Unjon tal-Għalliema. |
| Il-Ministeru jagħmel | riferenza għall-istqarrija konġunta maħruġa l-bieraħ stess bejn id-Direttorati tal-Edukazzjoni u l-MUT li fiha ntqal li z-zewġ naħat se jaħdmu flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa biex ikun evitat it-tixrid ta’ din l-influwenza. |
| Għalhekk mhux għaqli li meta | hemm qbil dwar l-istrateġija li għandha tkun adottata fl-iskejjel, jintqal diskors u jsiru stqarrijiet li jistgħu jnisslu tħassib u joħolqu allarm bla bzonn. |
| Il-Gvern jibqa’ impenjat li | jaħdem flimkien mal-Union tal-Għalliema fl-aħjar interess tat-tfal |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en