L-ISPEAKER DR LOUIS GALEA F’LAQGĦAT MAL-OGĦLA AWTORITAJIET FIS-SLOVENJA
pr1549
17/09/2009
| Waqt | żjara uffiċjali fir-Repubblika tas-Slovenja l-iSpeaker Dr Louis Galea kellu laqgħat mal-iSpeaker, il-Prim Ministru u l-President Sloven kif ukoll ma’ delegazzjonijiet ta’ Kumitati tal-Assemblea Nazzjonali u ta’ partiti politiċi ta’ dan il-pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea. Louis Galea kien akkumpanjat mill-Whips taż-żewġ Gruppi Parlamentari Maltin l-Onor David Agius u l-Onor Joe Mizzi, kif ukoll mill-Assistent Skrivan tal-Kamra Ray Scicluna. |
| L-iSpeaker Malti kien il-mistieden uffiċjali | tal-President tal-Assemblea Slovena Dr Pavel Gantar għal jumejn ta’ diskussjonijiet mal-ogħla awtoritajiet fis-Slovenja. |
| Apparti d-diskussjonijiet mal-President | tal-Assemblea Nazzjonali Dr Gantar u mal-Viċi-Presidenti tal-Assemblea, id-delegazzjoni Maltija kellha diskussjonijiet ma’ delegazzjoni konġunta tal-Kumitat tal-Affarijiet Ewropej u tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Assemblea mmexxija miċ-Chairperson Darja Lavtižar Bebler. Id-delegazzjoni iltaqgħet ukoll ma’ rappreżentanti tal-Gruppi Parlamentari differenti rappreżentati fl-Assemblea Nazzjonali u kellha laqgħa apparti ma’ delegazzjoni tal-partit prinċipali tal-Oppożizzjoni, il-Partit Demokratiku. Louis Galea kellu laqgħa wkoll mal-Konslu ta’ Malta fis-Slovenja Smilja Klešnik. |
| Louis Galea flimkien ma’ David Agius u Joe Mizzi | ġew milqugħa wkoll mill-Prim Ministru Sloven Borut Pahor, li huwa l-Kap tal-Partit Soċjal Demokratiku, u mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Samuel Žbogar. Id-delegazzjoni Maltija ġiet ukoll riċevuta mill-President tar-Repubblika Dr Danilo Türk. |
| Tul | iż-żjara tagħha d-delegazzjoni Maltija setgħet tikkonferma l-aqwa relazzjonijiet ta’ ħbiberija u rispett reċiproku bejn is-Slovenja u Malta. Fid-diskussjonijiet ġew emfasizzati tliet aspetti partikolari tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Fuq | il-livell tas-sħubija komuni taż-żewġ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea ġew diskussi l-kriżi internazzjonali ekonomika u finanzjarja attwali u t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea fost il-pajjiżi tal-Balkani, b’mod partikolari n-negozjati dwar l-applikazzjoni għas-sħubija tar-Repubblika tal-Kroazja. Fir-rigward ta’ din tal-aħħar propju jumejn ilu l-Parlament Sloven approva d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi l-veto għat-tkomplija tan-negozjati ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kroazja minħabba possibilità ta’ żblokk fuq il-kwistjoni tal-fruntiera tal-kosta fil-baħar Adriatiku bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Iż-żewġ naħat iddiskutew ukoll is-sitwazzjoni | dwar l-immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran. L-awtoritajiet Sloveni urew għarfien sħiħ tas-sitwazzjoni ta’ Malta u kkonfermaw il-qbil tagħhom li l-Unjoni Ewropea għandha tassumi responsabbilità komuni għal dan il-fenomenu billi jsir kull sforz ħalli jkun hemm pjan ta’ azzjoni maqbul bejn kulħadd dwar ir-ritorn lejn pajjiżhom ta’ immigranti irregolari u ta’ burden sharing fis-solveljar tal-ibħra u salvataġġ kif ukoll fir-resettlement f’diversi pajjiżi Ewropej tal-immigranti li jiksbu d-dritt ta’ asil u ta’ protezzjoni internazzjonali. Is-Slovenja qed tappoġġja lil Malta fl-offerta tagħha li tospita l-European Asylum Support Office. |
| It-tielet aspett diskuss bejn iż-żewġ naħat kien | jirrigwarda l-inizjattivi meħtieġa biex tiżdied il-koperazzjoni dwar il-kwestjonijiet li għandhom x’jaqsmu mar-reġjun tal-Mediterran. F’dan il-kuntest ġie emfasizzat is-sehem tal-Assemblea Parlamentari għall-Mediterran, li tagħha ż-żewġ pajjiżi huma membri, bħala forum effettiv għal djalogu u għal tiftix ta’ soluzzjonijiet ġusti għad-diversi kwestjonijiet jaħarqu f’dan ir-reġjun. Iż-żewġ naħat tkellmu wkoll dwar l-impatt tal-bdil tal-klima fuq l-ambjent. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en