WIRJA LI TITRATTA T-TRASPORT SOSTENIBBLI MILL-KUNSILL LOKALI SAN ĠILJAN
pr1544
17/09/2009
| Move Together | Exhibition, li qed tinżamm fil-Ġonna Spinola hija wirja mtella’ mill-Kunsill Lokali San Ġiljan. Din il-wirja hi riżultat ta’ proġett ta' riċerka dwar il-problemi tat-trasport imwettaq minn 9 Istituti Ewropej, u li hu ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea 7th Framework Programme. F’lokalitajiet oħra madwar l-Ewropa qed jittellgħu numru ta’ wirjiet fl-istess żmien bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea tal-Mobilità, li qed tiġi ċelebrata din il-ġimgħa. |
| Il-proġett għandu | l-mira li jqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini u apprezzament għar-riċerka Ewropea dwar it-trasport sostenibbli fl-ambjent urban. L-għan huwa li l-pubbliku jsir konxju tar-riċerka Ewropea f’dan l-ambitu, u kif ir-riżultati tar-riċerka jistgħu jgħinu biex it-trasport urban isir aktar sostenibbli, aktar effiċjenti u nadif. |
| Waqt il-ftuħ tal-Wirja mis-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said qal li l-esibizzjoni se tkun mezz tajjeb biex ikun ġenerat l-għarfien tal-pubbliku dwar kwistjonijiet tat-trasport li jaffettwaw il-ħajja tagħna llum. Id-dimensjoni Ewropea tal-wirja tista’ tgħin lin-nies biex jirrealizzaw li dawn il-kwistjonijiet ma jaffettwawx biss lil Malta, iżda huma komuni madwar l-Ewropa. |
| L-esibizzjoni ġiet fi żmien | tajjeb meta l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan qiegħed jaħdem fuq pjan amibizzjuż biex jindirizza l-volum tat-traffiku fil-lokalità. Hemm numru ta’ fatturi għall-problemi tat-traffiku f’San Ġiljan, fosthom – numru sostanzjali ta’ lukandi minħabba li ż-żona hi waħda turistika, u minħabba li Paceville tifforma parti minn din il-lokalità. |
| Il-pjan tal-Kunsill hu li | jara investiment f’numru ta’ multi-storey car-parks f’postijiet identifikati madwar il-lokalità, l-introduzzjoni ta’ network ta’ trasport pubbliku nadif li jipprovdi links bejn il-parkeġġi u jiskoraġġixxi karozzi milli jidħlu f’San Giljan, kif ukoll li jara l-ħolqien ta’ sistema ta’ parking scheme għar-residenti fil-partijiet prinċipali ta’ San Ġiljan. Il-Wirja tibqa’ miftuħa sa’ għada 18 ta’ Settembru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en