Stqarrija kongunta bejn id-Direttorat tal-Edukazzjoni u l-MUT
pr1541
16/09/2009
| Ħidma bejn | il-Gvern u l-MUT għall-prevenzjoni tal-Influwenza |
| Lejlet il-ftuħ | tal-iskejjel id-Direttorati Edukattivi u l-Malta Union of Teachers kellhom laqgħa fejn kienu diskussi diversi suġġetti. |
| Fost affarijiet | oħra kienet diskussa is-sitwazzjoni tal (A)H1N1 (Swine Flu). Id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi spjega li fix-xhur li għaddew kien hemm djalogu intensiv bejn id-Direttorati u il-Ministeru tas-Saħħa. |
| Id-Direttorat | spjega l-mizuri kollha li ttieħdu s’issa u anke l-miżuri ta’ prevenzjoni li se jkunu implimentati. Waqt li hu ċar li m’hemm l-ebda każ ta’ allarm, iż-żewġ naħat qablu li hu mportanti li kull miżura ta’ prevenzjoni għandha titieħed biex kemm jista’ jkun tiġi kkontralata l-firxa ta’ din l-influwenza. |
| Id-Direttorati | Edukattivi u l-MUT jimpenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien biex iwasslu informazzjoni lill-impjegati kollha, lill-istudenti u l-ġenituri dwar dawn il-miżuri. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en