SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)
| B’total indikattiv | tal-allokazzjoni finanzjarja ta’ €37 miljun |
| Id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinażżjoni | tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għadha kif nehdiet sejħa ġdida għall-proposti ta’ proġetti biex ikunu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. |
| Applikanti eliġibbli huma mistiedna li | jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-proġetti relatati mas-settur Infrastruttura għall-Edukazzjoni, Soċjali u dik marbuta mas-Saħħa, li jaqa’ taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 6 ‘Riġenerazzjoni Urbana u Titjib fil-Kwalita` tal-Ħajja tal-Programm Operattiv I. Din is-sejħa hija ristretta għall-interventi fl’infrastruttura tas-Saħħa f’Malta u Għawdex. |
Applikanti prospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa li huwa ta` EUR 37 miljun. Is-sejħa ser tagħlaq f’nofsinhar (12:00 hrs) tal-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru 2009. Il-Programm Operattiv, il-Formola tal-Applikazzjoni, n-Noti ta’ Gwida, kif ukoll aktar informazzjoni jistgħu jitniżżlu minn fuq il-paġna elettronika: www.ppcd.gov.mt/calls_all.
Għall-aktar tagħrif, l-applikanti prospettivi huma mistiedna japplikaw għal Sessjoni ta’ Informazzjoni ta’ nofs ta’ nhar li ser isir nhar il-Erbgħa 7 ta Ottubru 2009 bejn 14:00pm-17:00pm. Il-formola għar-reġistrazzjoni għas-Sessjoni ta’ Informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-paġna elettronika: www.ppcd.gov.mt/calls_all. Il-formula mimlija għandha tintbagħat lil Ms. Amanda Borg (amanda.c.borg @gov.mt) sa mhux aktar tard minn nofsinhartal-Gimgħa 2 ta` Ottubru 2009.
Il-postijiet huma limitati u għalhekk ser ikunu riservati skond min japplika l-ewwel. In-numru ta’ parteċipanti min kull organizzazzjoni jista’ jitnaqqas skond il-ħtieġa. L-ewwel preferenza tingħata lill-applikanti potenzjali li japplikaw taħt l-assi rilevanti miftuħa taħt din is-sejħa. Attendenza b’ reġistrazzjoni biss. Mistoqsijiet ġenerali relatati ma din is-sejħa jew mal-Politika ta’ Koeżjoni 2007 - 2013 għandhom jiġu indirizzati lis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en