Left arrow Mur Lura

Il-Parlament  taż-Żgħażagħ

pr1539
Date Icon 16/09/2009
Ilum fil-Kamra tad-Deputati ltaqa’ għas-sittdarba l-Parlament taż-Żgħazagħ. Din l-attività, organizzata mill-Kunsill Nazzjonali taż-Zgħażagħ, inżammet f’żewġ sessjonijiet, li ġew preseduti mid-Deputy Speaker, l-Onor Carmelo Abela. Fis-seduta ta’ filgħodu ltaqgħu żgħażagħ ta’ bejn it-13 u s-16-il sena filwaqt li fis-seduta ta’ wara nofsinhar iltaqgħu żgħażagħ ta’ bejn is-17 u l-34 sena.
Fid-diskors tal-ftuħ, id-Deputy Speakerl-Onor. Carmelo Abela laqa’ liż-żgħażagħ fil-Parlament. L-Onor. Abela stqarr li l-Kamra m’għandhiex tkun biss tad-Deputati eletti iżda ta’ kulħadd, inkluż l-istess zgħażagħ li ltaqgħu sabiex iwasslu l-opinjonijiet tagħhom dwar id-diversi suġġetti. Involviment sħiħ taż-żgħażagħ fl-oqsma differenti tas-soċjetà huwa importanti għaliex dan jassigura li ż-żgħażagħ ma jkunux biss relevanti fid-dinja ta’ għada iżda wkoll fid-dinja tal-lum.
Id-Deputy Speaker faħħar is-suġġetti liġew magħżula għad-diskussjoni u ddeskrivihom bħala kemm importanti kif ukoll attwali. It-trasport u l-infrastruttura, l-ambjent, l-edukazzjoni u l-immigrazzjoni irregolari ġew diskussi waqt is-seduta ta’ filgħodu, filwaqt li fis-seduta ta’ wara nofsinhar ġew diskussi l-kreattività u l-innovazzjoni, id-dritt tal-ħajja u l-ħarsien soċjali.
Dwar it-trasport u l-infrastruttura, l-OnorAbela appella lil kulhadd sabiex l-imġieba fit-toroq tkun waħda responsabbli u fl-istess waqt dawk konċernati jaraw li t-toroq ikunu ħielsa minn kull periklu. Huwa saħaq fuq l-importanza tal-edukazzjoni li hi l-bażi biex fuqha nibnu l-futur ta’ pajjizna. Dwar id-dritt għall-ħajja u l-ħarsien soċjali,  l-Onor Abela qal li ma nistgħux nitkellmu biss dwar dritt għall-ħajja, iżda għandna niżguraw li l-ħajja tkun waħda deċenti u bbażata fuq ġustizzja. Dwar it-tema tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Onor. Abela innota li għalkemm dan hu qasam relattivament ġdid għandna nifhmu l-importanza tiegħu partikolarment il-kontribuzzjoni li jista’ jkollu għall-ġenerazzjoni ta’ impjiegi.
Is-seba’ temi ġew ippreżentati f’forma ta’riżoluzzjonijiet minn numru ta’ ‘partiti’ ta’ żgħażagħ. Waqt id-diskussjoni kien hemm ħin għal mistoqsijiet kif ukoll possibilità li jitressqu emendi għall-istess riżoluzzjonijiet. Voti ttieħdu dwar id-diversi emendi u r-riżoluzzjonijiet kif emendati.
Fl-għeluq tad-diskussjonijiet, l-Onor Abelaferaħ liż-żgħażagħ illi taw sehemhom sabiex ikun jista’ jiltaqa’ l-Parlament taż-Żgħażagħ u żied li l-mod ta’ kif imxew id-diskussjonijiet huwa evidenza ta’ kif jaħdem il-prinċipju tad-demokrazija. Huwa tenna li għandna nħarsu lejn il-politika bħala servizz għall-ġid tal-pajjiż kollu. Finalment l-Onor. Carmelo Abela appella liż-żgħażagħ sabiex dawn ikomplu juru interess f’dak li jkun qed jiġri madwarhom ħalli dawn ikunu jistgħu jagħmlu d-differenza.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ uKultura, l-Onor Dolores Cristina, is-Segretarju Parlamentari, l-Onor Clyde Puli, l-Onor Evarist Bartolo kif ukoll l-Onor Owen Bonnici, intervjenew waqt is-sessjonijiet tal-Parlament taż-Żgħażagħ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow