Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli jindirizza seduta tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ

pr1538
Date Icon 16/09/2009
“Il-Politika hi għodda prezzjuża li jekk tintużatajjeb twassal għal ħolqien ta’ ġid kbir lill-komunità. Huwa ta’ kuraġġ kbir għalija li nara li aktar minn 100 żagħżugħ u żagħżugħa jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Inħeġġiġkom biex jekk tħossu li intom għandkom x’toffru, tersqu lejn il-politika  u sservu l-komunità permezz tagħha.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport,  Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza l-ewwel seduta tas-sitt edizzjoni tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Is-Segretarju Parlamentari sostna li dan huwamod ta’ kif iż-żgħażagħ tagħna jistgħu jkunu parteċipi u attivi fis-soċjetà. Hu awgura li dan ikun l-ewwel pass għal xi wħud li qed iħossu x-xewqa li jidħlu fid-dinja tal-politika.
L-Onor. Clyde Puli faħħar il-mod kifir-riżoluzzjonijiet imressqa mill-erba’ partiti taż-żgħażagħ kienu preparati b’mod eċċellenti. Xogħlijiet li kienu jixhdu ammont ta’ riċerka. Hu faħħar ukoll il-mod kif iż-żgħażagħ iddjalogaw dwar it-temi magħżula b’rispett u prudenza, anke jekk kien hemm opinjonijijet differenti.
F’din l-edizzjoni huma aktar minn 100il-parteċipanti li qed jieħdu sehem. Tant li bħas-sena li għaddiet, is-seduti kienu tnejn, fil-għodu saret dik għal żgħażagħ bejn it-13 u s-16-il sena u wara nofsinhar kien imiss liż-żgħażagħ ta’ bejn is-17 u t-30 sena biex iressqu l-veduti tagħhom.
Il-mozzjonijiet imressqa kienu jitrattawsuġġetti attwali, fosthom l-edukazzjoni, l-immigrazzjoni rregolari, it-trasport u l-infrastruttura, il-kreattività u l-innovazzjoni, id-dritt għall-ħajja u l-ħarsien soċjali.
Clyde Puli sostna li dan l-eżerċizzju mħejjimill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ hu ta’ kontribut siewi għall-iżvilupp sħiħ ta’ dawn iż-żgħażagħ u ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jkun qed jitnieda l-proġett ta’ Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ li qed jinbena bejn is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow