Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment

pr1537
Date Icon 16/09/2009
Il-Fondtal-Lotterija Nazzjonali gћall-Kawżi Ġusti
B’referenzagћall-kummenti tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Kunsilli Lokali, Stefan Buontempo, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jiċċara li l-esklużjoni tal-Kunsilli Lokali mill-eliġibilità gћal dan il-fond mhix xi deċiżjoni speċifika li tikkonċerna speċifikament lilhom biss, iżda tapplika gћall-entitajiet kollha li jgawdu minn finanzjament pubbliku dirett.
Il-Fondtal-Lotteriji gћall-Kawżi Ġusti huwa wieћed limitat u gћaldaqstant, filwaqt li jistgћu jkunu diversi l-attivitajiet li jitqiesu bћala kawża ġusta, jenћtieġ li jsiru prioritajiet u gћażliet li fuqhom jintagћżlu l-proġetti eliġibbli.
Gћaldaqstant, kien deċiż li kull entità litgawdi direttament minn finanzjament min-naћa tal-Gvern, u gћalhekk dan ma japplikax biss gћall-Kunsilli Lokali, m’gћandhiex tkun eliġibbli gћal dan il-Fond. Dan qed isir ukoll biex ikun żgurat li jgawdu l-aktar dawk l-gћaqdiet volontarji li m’gћandhomx aċċess gћall-finanzjamenti pubbliċi oћrajn.
M’hemmxdubju li l-Kunsilli Lokali huma importanti ћafna biex jorganizzaw attivitajiet ta’ kawża ġusta, iżda huma gћandhom sorsi ferm usa’ minn dawk tal-gћaqdiet volontarji minn fejn jaċċessjaw l-gћajnuna. L-impenn tal-Gvern lejn il-Kunsilli Lokali huwa ċar, fejn saћansitra fil-budget li gћadda reġa’ żied l-allokazzjoni gћalihom, minn €24 miljun gћal €28 miljun; u dan barra numru ta’ skemi li flimkien ilaħћqu mal-€1.5 miljuni oћra.
Ma’ dinl-gћajnuna, trid tiżdied dik tal-Unjoni Ewropea, fejn permezz tal-programm Leader Plus hemm allokat kwazi €4 miljuni għall-Kunsilli Lokali. Dan barra programmi oћrajn tal-Unjoni Ewropea li l-Kunsilli qed ikunu megћjuna jiksbu l-fondi permezz ta’ taqsima mwaqqfa fi ћdan il-MEUSAC. Din is-sena biss il-Kunsilli Lokali jistgħu jieħdu madwar €3 miljuni fi progetti tal-UE.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow