Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari gĦall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, fil-ftuĦ ta’ seminar bit-tema: EU Funding Opportunities for Small and Medium Enterprises in Gozo –  Sannat  GĦawdex - 16th September 2009

pr1536
Date Icon 16/09/2009
L-impriżi żgħar u medji humas-sinsla kemm tal-ekonomija tagħna kif ukoll dik tal-Unjoni Ewropea.
Fl-Unjoni Ewropea hemm madwar23 miljun impriża żgħira u medja u dan ifisser li 99% tal-kumpaniji fl-Unjoni Ewropea huma SMEs. Flimkien dawn joħolqu 100 miljun impjieg u fis-settur privat joffru tliet kwarti tal-impjiegi kollha. Għalhekk, għalkemm jissejħu impriżi żgħar u medji, fil-fatt huma l-ġganti tal-ekonomija Ewropea. Huma l-impriżi żgħar u medji li jċaqilqu l-ekonomija ta’ ħafna pajjiżi, inkluż tagħna, u li joħolqu xogħol innovattiv u sostenibbli u jixprunaw il-kompetizzjoni. L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi l-importanza ta’ dawn l-impriżi u toffrilhom opportunitajiet kbar ta’ fondi. Għax huwa fl-interess tagħha u tal-pajjiżi membri tagħha li dawn l-impriżi żgħar u medji jissaħħu dejjem aktar.
Qed niltaqgħu hawn dalgħodubiex nagħmlu pass ieħor fil-proċess li bdejna biex ngħinu lill-impriżi żgħar u medji tagħna jattiraw iżjed fondi mill-Unjoni Ewropea. U dan biex ikunu f’pożizzjoni li jkabbru l-operat tagħhom, jidħlu għal sfidi ġodda, iħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu u – fl-aħħar mill-aħħar - joħolqu iżjed postijiet tax-xogħol.
Jekk kien hemm min ħaseb lil-Unjoni Ewropea tgħin biss lil kumpaniji multi-nazzjonali kbar, li jħaddmu mijiet u eluf ta’ ħaddiema, l-istejjer ta’ suċċess li diġà għaddew minnhom impriżi żgħar u medji Maltin għandhom jibdlulu fehmtu. Diġà kellna eżempji f’pajjiżna stess ta’ SMEs li akkwistaw fondi mill-Unjoni Ewropea biex jadottaw metodi ġodda ta’ xogħol; biex jimmodernizzaw il-ħidma tagħhom; biex jinvestu f’teknoloġija ġdida jew biex jużaw sorsi ta’ enerġija iżjed sostenibbli. Rajna wkoll li l-Unjoni Ewropea mhux biss tgħin lil SMEs individwali iżda anke lill-assoċjazzjonijiet tagħhom – kemm fuq livell Ewropew, reġjonali u anke settorjali. Il-programmi ta’ fondi tagħha jinkludu riżorsi kbar, bil-għan li jagħtu imbuttatura lil dawk l-impriżi żgħar u medji li qed iħarsu ’l quddiem b’serjetà.
Apparti l-politika tal-Gvernindirizzata biex tgħin lill-impriżi żgħar u medji tagħna, il-Gvern huwa impenjat bi sħiħ biex jgħin lil dawn l-impriżi jattiraw lejhom fondi li huma disponibbli għalihom mill-Unjoni Ewropea. Huwa għal din ir-raġuni li l-Gvern ħabbar il-ftuħ ta’ uffiċċju konġunt tal-MEUSAC u l-MCESD f’Għawdex li ser jaħdem biex l-SMEs Għawdxin mhux talli ma jaqgħux lura iżda jaħtfu opportunitajiet ġodda grazzi għall-fondi mill-Unjoni Ewropea. Mill-ftit snin li ilna membri fl-Unjoni Ewropea għarafna li l-proċess biex tapplika għal fondi huwa wieħed dettaljat u jekk ser jitwettaq b’suċċess irid isir b’reqqa. Il-Gvern qed jinvesti f’dan l-uffiċċju sabiex jieħu ħsieb, f’isem l-SMEs li javviċinawh, l-applikazzjonijiet tagħhom. S’issa, bi pjaċir ngħid, li l-ħidma esperta li qed iwettaq il-MEUSAC f’dan il-qasam, qed tħalli l-frott. Ħalliet il-frott fejn jidħlu Kunsilli Lokali li rebħu fondi kbar mill-Unjoni Ewropea; ħalliet il-frott fejn jidħlu kumpaniji u azjendi oħra Maltin li jridu jkabbru l-operat tagħhom; u issa jeħtieġ li tħalli l-frott ukoll fis-settur tal-impriżi żgħar u medji Għawdxin. Qegħdin hawn illum biex niddiskutu u flimkien nidentifikaw – jew nibdew nidentifikaw - dawk il-fondi disponibbli għas-sitwazzjoni partikolari tal-SMEs Għawdxin. L-għaqdiet żgħar u medji Għawdxin li verament huma s-sinsla tal-ekonomija Għawdxija - b’il fuq minn 3500 SMEs li bejniethom ihaddmu kwazi 5,000 persuna.
Il-kriżi finanzjarja liriegħdet is-swieq finanzjarji madwar id-dinja, laqtet l-ewwel lill-kumpaniji ż-żgħar u huwa fl-interess tagħna bħala Gvern li ngħinu lill-impriżi żgħar u medji tagħna jibdlu dan iż-żmien ta’ sfida f’opportunità biex jirristrutturaw ruħhom u joħorġu minn din il-fażi iżjed b’saħħithom minn qabel.
Kif tgħid l-espressjoniIngliża, if business goes well, all goes well. Hija prijorità tal-Gvern li nkomplu nieħdu kull miżura possibbli biex jitkattar ix-xogħol u fil-gżira Għawdxija hemm bżonn sforz akbar. Għaddejjin naħdmu fuq numru ta’ inizjattivi – kemm b’mod nazzjonali kif ukoll ma’ sħabna l-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea – biex naġevolaw l-impriżi żgħar u medji; biex naqtgħu l-burokrazija żejda u nagħmluha iżjed faċli għal start ups u dawk li jixtiequ joħolqu SME; biex inrawwmu fl-istudenti tagħna spirtu imprenditorjali; biex nattiraw iżjed nisa lejn l-intraprenditorija; u biex dawk li jieħdu riskju u jidħlu f’settur ġdid jew ikabbru l-operat tagħhom isibu fil-Gvern sieħeb li jkun għalihom ta’ spalla. U ta’ spalla jrid ikun biex l-impriżi tagħna jkomplu jaħtfu l-opportunitajiet li qed iġġib magħha s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea.
Il-promozzjoni tat-tkabbir ul-ħoqien ta’ postijiet ġodda tax-xogħol huma fil-qalba tal-programmi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea mmirati għall-impriżi żgħar u medji. Sas-sena 2013 l-Unjoni Ewropea se tkun investiet iżjed minn 1.1 biljun euro biex tassisti impriżi żgħar u medji fl-iżvilupp tagħhom. L-opportunitajiet, kif ser ikollna l-okkażjoni naraw fis-seminar tal-lum, huma kbar u l-ħidma tagħna llum hija speċifika - dik li niffukaw fuq dawk il-programmi li huma l-iżjed adatti għas-sitwazzjoni tal-impriżi żgħar u medji Għawdxin.
Il-programmi ta’ fondital-Unjoni Ewropea huma varjati daqskemm huma varjati l-istadji ta’ kull impriża. Mill-bidu tagħha – meta imprenditur jaħseb f’idea u jibda jaħseb kif se jiżviluppaha – sal-ftuħ tal-impriża, l-ingaġġ tal-ewwel ħaddiema, l-investiment, l-isfidi u t-tkabbir. Għax jekk impriża trid li jkollna impatt sinfikanti fuq l-ekonomija li fiha topera jeħtieġ tikber, tingaġġa iżjed nies u tespandi s-servizzi jew il-prodotti li toffri. Ħafna drabi, il-ħiliet u l-esperjenza tal-imprenditur ma jkunux biżżejjed biex in-negozju jikber aktar. Ikun hemm bżonn, f’dawn il-każijiet, teknoloġiji ġodda u l-għarfien tal-implimentazzjoni tagħhom; ħaddiema iżjed imħarrġa u b’ħiliet ġodda; aċċess għal swieq akbar; u, ovvjament, investiment finanzjarju. Għal dawn kollha hemm programmi speċifiċi tal-Unjoni Ewropea biex jassitu lill-impriżi żgħar u medji fil-progress tagħhom.
Proġetti min-negozji Għawdxindiġà rnexxielhom jakkwsitaw fondi għal diversi minn dawn l-għanijiet. Nistgħu nsemmu li sid ta’ kumpanija li tipproduċi  l-għamara (Heirloom Furniture Ltd) – iggwadanja minn assistenza finanzjarja sabiex jixtri Oil Heated Press li huwa apparat li jintuża biex jagħti forma lill-injam. Makkinarju li sewa kwazi €12,000 u li ngħata madwar 60% f’għanjnuna b’fondi. Jew waħda mill-kumpaniji ewlenin f’Għawdex tal-Printing (J Debono Printing Press) li ħadet assistenza finanzjarja biex akkwistat apparat li jiswa eluf ta’ liri biex ittejjeb il-produzzjoni tagħha. L-assistenza ewropea taffiet mhux ftit mill-piż finanzjarju tal-kumpanija.
L-akbar xprun għat-tkabbirgħal dawn it-tip ta’ impriżi tibqa’ l-innovazzjoni – kemm jekk l-impriża toffri prodotti kif ukoll jekk servizzi. L-innovazzjoni tinjetta iżjed valur fl-impriża u hija wkoll il-mezz li permezz tiegħu l-impriża żżomm postha jew ittejjeb postha fis-suq li fih topera. L-Unjoni Ewropea tippremja ideat ġodda u innovattivi. B’rilevanza partikolari għalikom l-impriżi żgħar u medji Għawdxin hija l-eko-innovazzjoni - l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi li jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent u li jużaw anqas enerġija minn dawk il-prodotti u servizzi li jissostitwixxu. L-Ewropa hija fuq quddiem nett fid-dinja fejn tidħol il-promozzjoni ta’ dawn it-tip ta’ impriżi u SMEs li ser ifittxu li jikbru f’dan il-qasam ser jirrealizzaw kemm hemm minn fejn jibbenefikaw.
Għal dan il-għan nistgħunaraw l-istejjer ta’ suċċess ta’ proġetti fil-qasam tal-ICT u t-turiżmu. Ir-restaurant rinomat Ta’ Frenċ li permezz ta’ skema għall-intrapriżi fil-qasam tat-turiżmu bbenefika minn fondi għal sistema kompluta ta’ immaniġjar tal-arja fil-kmamar, sistema ta’ ICT, kif ukoll ħa fondi għall-istallazzjoni ta’ cold rooms. Dawn għenu b’mod sinjifikanti fin-nuqqas tal-konsum tal-enerġija.
Nistgħu nagħtu titwila ta’malajr ukoll lejn eżempji pożittivi ta’ għajnuna fl-innovazzjoni fis-settur agrarju – proġetti bħal dawk tal-kumpanija Gozo Cottage kif ukoll tal-Għaqda tal-Produtturi tal-ħaxix u frott Gozitano.
Il-kumpanija Gozo Cottageirrealizzat li biex iżżid il-professjonalità tagħha u tilħaq livelli ġodda riedet tkun mgħammra bl-aktar makkinarju avvanzat biex tkun tista’ tipproduċi prodotti lokali ta’ kwalità għolja – investiet permezz ta’ fondi Ewropej f’makkinarju għall-għasir taż-żebbuġ, u makkinarju għall-ħasil u l-ibbottiljar forst affarijiet oħra. B’dan il-mod kien iktar faċli biex il-kumpanija tippenetra swieq ġodda għall-ġid tal-qasam agrikolu u għall-ekonomija lokali agrikola.
Min-naħa tagħha, fostinizjattivi oħra, il-Gozitano applikat b’suċċess biex setgħet tagħmel ġiebja taħt l-art, kanali sabiex jinġabar l-ilma, cold store u friża armata fuq trakk biex il-prodott jitwassal aktar frisk għank il-konsumatur.
L-opportunitajiet huma kbar upersważ li s-seminar tal-lum ser ikun biss ftuħ ta’ tieqa ċkejkna fuq dinja kbira, li jiddependi minnkom kemm lesti tesplorawha u tapprofittaw minnha. Għal dawk l-impriżi ambizzjużi li jħarsu lil hinn minn xtutna, il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem biex tidentifika l-aqwa linji politiċi biex tiffaċilita l-ħidma ta’ SMEs barra minn pajjiżhom. Għal dawk l-impriżi li qed isibu ostaklu għat-tkabbir tagħhom minħabba xi ħiliet li l-ħaddiema tal-impriża għad m’għandhomx, l-Unjoni Ewropea toffri pakketti ta’ taħriġ apposta, skambji u opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja. Għal dawk l-impriżi li qed ifittxu li jwettqu riċerka qabel jidħlu f’oqsma ġodda, hemm ukoll għalihom il-programmi ta’ fondi apposta.
Kultant, il-proċeduriamministrattivi jistgħu jimponu piż regolatorju sproporzjonat fuq SMEs meta mqabbel mal-piż fuq impriżi akbar li jaf ikollhom dipartiment sħiħ allokat għall-mili ta’ applikazzjonijiet. Huwa l-għan tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha li jitnaqqsu l-ispejjeż, il-ħin u r-riżorsi li għandhom bżonn l-SMEs fit-tmexxija amminsitrattiva tagħhom. U l-ħidma tal-MEUSAC, anke bl-uffiċċju li ser inkunu qed niftħu f’Għawdex, timxi fuq din il-linja. F’konformità mal-prinċipju ta’ Think Small First qed naħdmu biex nagħmlu l-ambjent għall-SMEs iżjed faċli, innaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u nħaffu l-proċeduri, intejbu l-aċċess tagħhom għas-swieq u nagħmluha iżjed faċli għalihom biex ikunu iżjed kompetittivi.
Inħoss li dan huwa żmieneċċitanti – għalikom bħala imprendituri u għall-bqija tas-soċjetà. L-Unjoni Ewropea qed tħeġġiġna nkompu nagħmlu l-qabża fil-kwalità u nsaħħu l-bażi li fuqha rridu nkomplu nibnu biex nagħmlu lil pajjiżna pajjiż iżjed dinamiku, b’ekonomija b’saħħitha u li joffri lil niesu iżjed impjiegi u l-aqwa kwalità ta’ ħajja.
Fl-ewwel snin tagħna fl-Unjoni Ewropea ġawettaqna ħafna iżda dan għadu biss il-bidu u l-futur jiddependi minna … minn ħidmietna … mill-enerġija li rridu nkomplu nuru … u mid-determinazzjoni tagħna. Is-suċċess tas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea ser ikompli jiddependi fuq kemm aħna kapaċi nisfruttaw bl-aħjar mod l-opportunijajiet  marbuta ma’ din ir-realtà.
Nagħlaq billi nawgura lilkomparteċipanti jum produttiv u nittama li din tal-lum tkun biss ħolqa żgħira mill-katina ta’ inizjattivi li qed invaraw biex nattiraw iżjed fondi, noħolqu iżjed xogħol u – fl-aħħar mill-aħħar – naraw il-gżira t’Għawdex miexja ’l quddiem.

Grazzi ħafna. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow