Il-Gvern se jieħu passi biex jitħallsu l-flus dovuti lid-dipartiment tal-VAT
pr1534
15/09/2009
| Tweġiba tal-Ministeru | tal-Finanzi gћall-Istqarrija maћruġa mill-Oppozizzjoni Laburista |
| Il-Gvern se jkun qiegħed l-passi kollha li | tagħtih il-liġi biex dawk involuti fil-kas tal-irregolarijiet tal-VAT, iħallsu lura dak kollu li hu dovut minnhom lid-dipartiment tal-VAT. Dan se jsir għaliex dan hu Gvern serju li jiġġieled l-abbuż b’kull mezz. |
| Kien il-Ministru tal-Finanzi stess li talab | lill-Korp tal-Pulizija biex tagħmel investigazzjoni. Wara li saru l-investigazzjonijiet, ittieħdu passi fil-Qorti, fi proċess li hu indipendenti mill-Gvern. Meta Joseph Muscat jgħaqqad is-sentenzi li ngħataw mill-Qrati mal-Gvern ikun qiegħed jipprova jħawwad l-imħuħ u jgħawweġ il-fatti. |
| Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | l-Investiment jiċħad l-allegazzjoni li għamel il-mexxej laburista Joseph Muscat dwar xi amnestija mill-VAT. Din hi gidba tal-mexxej laburista. Il-Gvern mhu se jagħtu l-ebda amnestija lil dawk li ma ħallsux il-VAT. Hu għajb għall-Kap tal-Oppożizzjoni li b’mod mill-aktar superfiċjali jiltaqa’ ma’ unions u jivvinta li l-Gvern ta’ amnestija lil dawk li ma ħallsux il-VAT. |
| Joseph Muscat qiegħed ikun superfiċjali ukoll | f’dak li qed jgħid dwar l-ekonomija. Meta l-mexxejja kollha tad-dinja qed jagħrfu li d-dinja għaddejja minn kriżi ekonomika u finanzjarja, il-Kap tal-Oppożizzjoni jipprova jagħti l-impressjoni li din ma kelliex effett fuq pajjiżna wkoll. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja laqgħet ħafna lil pajjiżi li Malta tagħmel il-kummerċ u n-negozju magħhom. Laqgħtet ukoll il-pajjiżi mnejn jiġu l-aktar turisti f’pajjiżna. Għalhekk bil-fors din il-kriżi kellha impatt fuq pajjiżna. Dan l-impatt issarraf fi tnaqqis fid-dħul tal-Gvern u għalhekk żieda fid-deficit. |
| Fi tliet baġits wara xulxin inkluż dak gћal din | is-sena, il-Gvern naqqas l-income tax u b’hekk ћalla aktar flus f’idejn il-ћaddiema, is-self-employed u pensjonanti. |
| Fi żmien meta d-dinja għaddejja minn kriżi, | il-Gvern jibqa’ ffukat fuq l-impjiegi biex jipprotegi kemm jista’ jkun il-postijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. B’interventi diretti li għamel il-Gvern ġew salvati 2,500 impjieg. Dan hu Gvern li jagħraf il-prijoritajiet u jieħu azzjoni fejn meħtieġ. |
| Il-Gvern, anki fil-budget li jmiss se jkompli | jieħu l-aħjar deċiżjonijiet għall-pajjiżna biex jinħoloq ix-xogħol, tiżidied il-kompettivita’ ta’ pajjiżna u jitħarsu l-impjiegi għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin. Ix-xogħol tal-ħaddiema, għall-Gvern jiġi qabel kull kunsiderazzjoni oħra. |
| Il-budget għas-sena d-dieħla se jkun wieħed li | jirrifletti r-realitajiet li għaddej minnhom pajjiżna u dak li qiegħed iseħħ madwarna. Il-Gvern mhux lest li jieħu deċiżjonijiet li jipperikolaw il-postijiet tax-xogħol, kif irid il-Kap tal-Oppożizzjoni li għalih in-numri jiġu qabel il-ħaddiema u l-familji tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en