STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJON
Interess qawwi fir-riforma tat-trasport pubbliku
| L-Awtorità dwar it-Trasport Pubbliku illum | irċeviet tmien espressjonijiet t’interess minn konsorja differenti li jixtiequ jintalbu jagħmlu offerta biex joperaw it-trasport pubbliku f’Malta għal għaxar snin. |
| Il-konsorzja li esprimew interess, mingħajr ebda | ordni speċifiku, huma li ġejjin: |
1. Transdev Plus Consortium, magħmul minn:
· Transdev
· CVA Technology Company Ltd.
· Gee Five Ltd. (sussidjarja ta’ Gasan Group Ltd.)
· Leo’s Transport Company Ltd.
2. Konsorzju magħmul minn:
· Empresa Monforte S.A. (parti mill-Monbus Group of Companies)
· La Hispano Igualadina S.A. (parti mill-Monbus Group of Companies)
· Empresa Municipal de Transportes de Madrid S.A.
· FMC Motors Ltd
3. Konsorzju magħmul minn:
· FIN-PART S.p.a.
· Arriva
· Malta Land Transport Plc
· Tumas Group
4. Go Ahead Group Plc
5. Konsorzju magħmul minn:
· Transports Metropolitans de Barcelona
· Marfina Bus S.A.
· Transports Ciutat Comtal S.A.
6. Llorente Bus flimkien mal-Avanza Group
7. NEX Continental Holdings SLU; u
8. H-Bus Malta Consortium magħmul minn:
· Hungarian Bus Jarmukereskedelmi Zrt
· Inter-Tan-Ker Tanacsado es Kereskedelmi Zrt
· John’s Garage Ltd.
· International Machinery Ltd.
· Connect Point (Malta) Limited
· AllSecure Ltd
| Din il-lista tinkludi ismijiet importanti ħafna | fl-industrija tat-trasport pubbliku b’interess minn kumpaniji li jmexxu sistemi kbar ta’ transport minn Franza, mir-Renju Unit, minn Spanja, mill-Italja u mill-Ungerija. Bejniethom dawn l-ażjendi barranin għandhom esprejenza t’operat ta’ trasport pubbliku f’ħafna bliet madwar l-Ewropa kollha u internazzjonalment. Dan minbarra interess minn numru ta’ investituri Maltin differenti. |
| L-interess espress illum jinkludi wkoll, | f’diversi konsorzja, l-interess t’operaturi eżistenti Maltin f’dan is-settur. |
| Il-Ministeru jesprimi ruħu sodisfatt ħafna | għall-interess li ntwera minn dawn l-organizzazzjonijiet liema interess irid iwassal biex nirriformaw mill-qiegħ it-trasport pubbliku f’Malta.. |
| Il-Gvern irid li r-riforma tintroduċi servizzi | ġodda u aktar faċilitajiet għall-passiġġieri. Il-pubbliku se jkun moqdi aħjar b’aktar rotot m’hux biss minn u lejn il-Belt iżda servizzi bejn irħula u bliet oħrajn. Is-servizz il-ġdid jinkludi servizzi mgħaġġla bejn destinazzjonijiet importanti bħal Birkirkara, l-Isptar, l-Ajruport, ir-Rabat, Tas-Sliema, u parkeġġo ġodda madwar Malta b’servizzi ta’ Park and Ride. Il-ħinijiet tas-servizz tat-trasport pubbliku se jkun itwal bi frekwenza iżjed minn tal-lum u l-operatur ikun marbut li jżomm il-kwalità tas-servizz, jiġifieri ndafa, arja kundizzjonata fil-vetturi, l-attitudni u ż-żamma ta’ l-uniformi tax-xufiera. Ir-riforma tfisser ukoll l-aġġornament tal-flotta tal-karozzi tal-linja li jkun jniġġżu anqas. |
| Aktar tard f’Ottubru, tikun ippubblikata s-sejħa | propja għall-offerti u jkunu jistgħu japplikaw għaliha biss dawk li mil-lista ta’ konsorzja u ażjendi li llum esprimew interess jirriżultaw eliġibbli skond il-kundizzjonijiet tas-sejħa għal espressjonijiet t’interess. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en