Left arrow Go Back

KAMPANJA KONTRA T-TIPJIP WAQT SKOLASAJF

pr1523
Date Icon 15/09/2009
Numru ta’ tfal lipparteċipaw fi SkolaSajf illum ġew ippremjati għall-aħjar tpinġijiet tagħhom dwar l-effetti tat-tipjip, waqt attività li matulha ġew esibiti d-disinji tal-istudenti, fil-preżenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said.
Il-Kampanja ‘Help – għal ħajja mingħajrtipjip’ qed issir f’kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.  Waħda mill-inizjattivi ta’ din il-kampanja ffokat fuq it-fal. Aktar minn 3,000 tifel u tifla li din is-sena attendew SkolaSajf, ħadu sehem f’din il-kampanja edukattiva u wara kienu mħeġġa juru bit-tpinġija, l-effetti ħżiena tat-tipjip u l-effetti tajba ta’ ħajja mingħajr tipjip.
F’dan il-proġett li sar b’ko-finanzjamentmill-Unjoni Ewropea, studenti universitarji mill-Fakultà tal-Mediċina li ħadmu fuq il-proġett, daru l-iskejjel kollha primarji waqt Skolasajf – 50 f’Malta u 11 f’Għawdex. Huma ħadmu b’mod interattiv mat-tfal fuq messaġġi dwar it-tipjip u qassmulhom information packs. Is-sezzjoni tal-Promozzjoni tas-Saħħa fid-Dipartiment tas-Saħħa organizzat sessjonijiet ta’ taħriġ għall-istudenti universitarji li kkoordinaw il-programm qabel ma żaru l-iskejjel.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport qalet li kienet deċiżjoni għaqlija li ż-Żgħażagħ tal-Union Ħaddiema Magħqudin, l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina, il-Unit għall-Promozzjoni tas-Saħħa u SkolaSajf din is-sena ngħaqdu flimkien biex mexxew kampanja promossa mill-Unjoni Ewropea: “Għal Ħajja mingħajr Tipjip”.
“Din ma kienitx kampanja ta’ indottrinazzjoni,iżda waħda informattiva fejn kien hemm diskussjonijiet mat-tfal u fehmuhom l-effett ħażin li għandu t-tipjip, il-mard li jġib miegħu,  il-ħsara li jagħmel anke lil dawk li ma jpejjpux, ir-riħa tat-tabakk li ddejjaq lin-nies u anke l-fatt li dan hu vizzju li jiswa l-flus anke mil-lat ekonomiku, kemm għal min hu vittma tal-vizzju, kif ukoll għall-pajjiż in ġenerali.”, qalet il-Ministru Cristina.
L-Onor Chris Saidfaħħar l-inizjattiva ta’ bejn żewġ għaqdiet taż-żgħażagħ flimkien ma’ dipartimenti tal-Gvern għal kampanja effettiva mat-tfal u saħaq dwar l-importanza ta’ kampanji ta’ għarfien fuq livell Ewropew li jaffettwaw lil kull stat membru.  “Kampanja bħal ma hi din dwar il-ħsara li jġib miegħu t-tipjip, hija mezz tajjeb ta’ kif  nindirizzaw lil strixxi differenti tal-pubbliku”.
Is-Segretarju Parlamentari semma l-Fondgħas-Soċjetà Ċivili bl-għan li jgħin għaqdiet biex ikunu jistgħu jipparteċipaw f’laqgħat u proġetti Ewropej. Hu qal li jkun tajjeb li assoċjazzjonijiet jagħmlu użu minn dan il-fond għal proġetti bħalma huwa dan li qed naraw ir-riżultati tiegħu llum.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow