Left arrow Mur Lura

Maħtur il-Bord tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA)

pr1522
Date Icon 15/09/2009
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali,wara l-approvazzjoni tal-Kabinett, ħatar lill-Avukat Reuben Balzan, LL.D., bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-Bord tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.
Dr Balzan ilu jipprattika bħala avukat għalnumru ta’ snin u jispeċjalizza f’oqsma differenti.  Dr Balzan huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Avukati u serva wkoll fil-Bord tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni.
L-Inġinier Francis Bugeja, B.Eng (Hons) inħatarbħala Deputy Chairman ta’ dan l-istess Bord.

Il-Bord jinkludi wkoll bħala membri lil: 

Ing Kevin Spiteri, B.Mech Eng (Hons), MSc (Brunel) MCIBSE MASHRAE Eur. Ing;

Ms Fleur Vella, B.Com (Hons) Econ, MBA;

Ms Antonella Vassallo, B.Sc. (Biol & Chem), M.Sc. (Biol);

Mr Godwin E Bencini; u

Dr Pauline Galea, B.Sc., M.Sc., Ph.D(Wellington).
It-terminu tal-Bord jagħlaq fit-30 ta’ Settembru2010.
Filwaqt li rringrazzja lill-membri li servewfil-Bord ta’ qabel, il-Ministru Pullicino awgura terminu ta’ ħidma tajba lill-Bord il-ġdid.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow