Maħtur il-Bord tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA)
pr1522
15/09/2009
| Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, | wara l-approvazzjoni tal-Kabinett, ħatar lill-Avukat Reuben Balzan, LL.D., bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-Bord tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi. |
| Dr Balzan ilu jipprattika bħala avukat għal | numru ta’ snin u jispeċjalizza f’oqsma differenti. Dr Balzan huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Avukati u serva wkoll fil-Bord tal-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni. |
| L-Inġinier Francis Bugeja, B.Eng (Hons) inħatar | bħala Deputy Chairman ta’ dan l-istess Bord. |
Il-Bord jinkludi wkoll bħala membri lil:
Ing Kevin Spiteri, B.Mech Eng (Hons), MSc (Brunel) MCIBSE MASHRAE Eur. Ing;
Ms Fleur Vella, B.Com (Hons) Econ, MBA;
Ms Antonella Vassallo, B.Sc. (Biol & Chem), M.Sc. (Biol);
Mr Godwin E Bencini; u
| Dr Pauline Galea, B.Sc., M.Sc., Ph.D | (Wellington). |
| It-terminu tal-Bord jagħlaq fit-30 ta’ Settembru | 2010. |
| Filwaqt li rringrazzja lill-membri li servew | fil-Bord ta’ qabel, il-Ministru Pullicino awgura terminu ta’ ħidma tajba lill-Bord il-ġdid. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en