IL-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI JIFRAĦ PERSONALMENT LIĊ-CHAMPION TAD-DINJA TAL-POWERBOATS P1, AARON CIANTAR
pr1521
15/09/2009
| ‘Fl-okkażjoni ta’ dalgħodu nixtieq nifraħ lil | Aaron Ciantar u t-tim kollu, għax permezz ta’ dan is-suċċess komplew għamlu unur għal pajjiżna.’ |
| Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt | laqgħa li kellu ma’ Aaron Ciantar fl-Uffiċċju tiegħu fil-Berġa ta’ Kastilja. Flimkien mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli. |
| Aaron Ciantar għadu kemm wasal lura Malta | minn Siracusa wara li reġa’ sar Champion tad-Dinja tal-klassi Supersport għat-tieni darba. |
| Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi semma kif dan | is-suċċess għandu sinifikat doppju għal pajjiżna kemm għax ic-Champion tad-Dinja huwa Malti u kif ukoll għax id-dgħajsa li biha kkompeta Aaron Ciantar hija mibnija Malta. |
| Dan qed jgħin ukoll biex dgħajjes mibnija | lokalment qed jinbiegħu fis-suq internazzjonali. |
| Anke l-loġistika tal-kampjonat li jsir madwar | id-dinja qiegħed jinħadem minn kumpanija Maltija fejn fost l-oħrajn tieħu ħsieb li tibni l-villaġġi fejn isiru l-kampjonati tal-powerboats f’pajjiżi differenti b’ħaddiema Maltin. |
| Dan kollu jkompli jżid mal-valur li dan l-isports | qed iġib mhux biss għax qed iservi bħala attrazzjoni turistika imma wkoll għax qed jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-kumpaniji u ħaddiema Maltin. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en