Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TAL-KALENDARJU KULTURALI MALTI

pr1517
Date Icon 15/09/2009
Għall-ewwel darba, Malta għandha KalendarjuKulturali konsolidat li jiġbor fih l-attivitajiet kulturali organizzati mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, l-Orkestra Filarmonika, il-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru għall-Kreattivita’, it-Teatru Manoel, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u Heritage Malta.
L-ewwel edizzjoni tal-Kalendarju Kulturali lijestendi minn Ottubru sa Diċembru ta’ din is-sena kien imniedi mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina waqt serata li nżammet fiċ-Ċentru tal-Konferenzi bis-seħem tal-Orkestra Filarmonika mmexxija mis-Surmast Michael Laus.
F’diskors li għamlet il-Ministru Cristina qaletli l-istaġun kulturali sa Diċembru se jkun fih taħlita ta’ attivitajiet mużikali, teatrali, esibizzjonijiet, żfin, ċinema, u letteratura. Id-diversita’ ta’ dawn l-attivitajiet hi maħsuba biex tolqot il-gosti ta’ kulħadd.

«Dan mhux u ma rriduħx ikun Kalendarju statiku.  Bil-qawmien kulturali li qed nesperjenzaw f’pajjiżna, kuljum titfaċċa xi inizjattiva kulturali ġdida. U allura ħassejna l-ħtieġa li dan il-Kalendarju Kulturali jkun aġġornat kull tliet xhur biex kulħadd ikollu indikazzjoni tal-attivitajiet li se jkun hemm f’dak il-perjodu », qalet il-Ministru.

Hi ferħet u rringrazzjat lill-membri kollhatal-Bordijiet tat-Tmexxija tal-entitajiet kulturali, u ħeġġithom biex ikomplu jiltaqgħu u jiddiskutu dwar il-proġetti kollha li hemm għaddejjin f’dan il-qasam importanti. Dan hu sinjal pożittiv ta’ kollaborazzjoni li se jkompli jikber.
Il-Ministru qalet li f’Novembru li ġej se jkunċelebrat Festival għat-Tfal. F’dik l-okkażjoni l-entitajiet kulturali kollha se jingħaqdu biex jagħtu lit-tfal Maltin u Għawdxin l-opportunita’ li jgawdu u japprezzaw il-kultura permezz ta’ attivitajiet varji, kemm edukattivi kif ukoll ta’ divertiment. It-tfal għandhom dritt li jipparteċipaw fl-attivitajiet kulturali u għaldaqstant huwa dmir ta’ dawk responsabbli li jħejju attivitajiet dedikati għalihom. Hi ħeġġet lill-ġenituri jew min jieħu ħsieb it-tfal biex ma jtellfuhomx dawn l-opportunitajiet.
Il-Ministru rreferiet għat-tnedija tal-Fondtal-Arti li kien imniedi x-xahar li għadda. Bħalissa qed jidħlu proposti biex ikunu megħjuna artisti u organizzazzjonijiet fi proġetti varji u taħriġ fil-qasam artistiku. Din l-għajnuna għandha twassal biex dawk li jaħdmu jew jipprattikaw f’dan il-qasam ikollom l-opportunita ta’ żvilupp personali u artistiku. Dan hu pożittiv mhux biss għalihom bħala individwi, iżda wkoll għas-soċjeta’ tagħna li hi mogħnija b’ħafna talent.
Il-Ministru Cristina qalet li lejn l-aħħar ta’Ottubru se tkun imnedija l-Politika Nazzjonali dwar il-Kultura li se tkun għal konsultazzjoni pubblika. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, il-Ministeru qed jistieden lil dawk kollha interessati biex jibgħatu kummenti u suġġerimenti biex ikunu evalwati mill-entitajiet kollha flimkien mal-Ministeru u għandhom iwasslu biex ikollna strateġija konkreta għall-qasam tal-kultura li rridu narawh ikompli jikber u jiżviluppa.
Barra minn hekk l-entitajiet kulturali tagħnagħandhom direzzjoni li jaħdmu flimkien biex ifasslu politika nazzjonali ffukata fuq it-tfal, flimkien ma’ programm estensiv edukattiv u kulturali li jgħaqqad is-sistema edukattiva mal-istaġun kulturali.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ uSport temmet tgħid li l-iskop tal-Gvern hu li joffri programm kulturali li jolqot il-gosti ta’ kulħadd filwaqt li jinħolqu udjenzi ġodda. Biex dan iseħħ irid ikun hemm aktar tixrid ta’ informazzjoni dwar il-kultura u l-attivitajiet tagħna u tkompli l-ħidma flimkein bl-istess dedikazzjoni biex kull wieħed u waħda minnha nkunu kburin bil-kultura li hi parti essenzjali u meħtieġa għall-iżvilupp tagħna u ta’ pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow