TNEDIJA TAL-KALENDARJU KULTURALI MALTI
pr1517
15/09/2009
| Għall-ewwel darba, Malta għandha Kalendarju | Kulturali konsolidat li jiġbor fih l-attivitajiet kulturali organizzati mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, l-Orkestra Filarmonika, il-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru għall-Kreattivita’, it-Teatru Manoel, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u Heritage Malta. |
| L-ewwel edizzjoni tal-Kalendarju Kulturali li | jestendi minn Ottubru sa Diċembru ta’ din is-sena kien imniedi mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina waqt serata li nżammet fiċ-Ċentru tal-Konferenzi bis-seħem tal-Orkestra Filarmonika mmexxija mis-Surmast Michael Laus. |
| F’diskors li għamlet il-Ministru Cristina qalet | li l-istaġun kulturali sa Diċembru se jkun fih taħlita ta’ attivitajiet mużikali, teatrali, esibizzjonijiet, żfin, ċinema, u letteratura. Id-diversita’ ta’ dawn l-attivitajiet hi maħsuba biex tolqot il-gosti ta’ kulħadd. |
«Dan mhux u ma rriduħx ikun Kalendarju statiku. Bil-qawmien kulturali li qed nesperjenzaw f’pajjiżna, kuljum titfaċċa xi inizjattiva kulturali ġdida. U allura ħassejna l-ħtieġa li dan il-Kalendarju Kulturali jkun aġġornat kull tliet xhur biex kulħadd ikollu indikazzjoni tal-attivitajiet li se jkun hemm f’dak il-perjodu », qalet il-Ministru.
| Hi ferħet u rringrazzjat lill-membri kollha | tal-Bordijiet tat-Tmexxija tal-entitajiet kulturali, u ħeġġithom biex ikomplu jiltaqgħu u jiddiskutu dwar il-proġetti kollha li hemm għaddejjin f’dan il-qasam importanti. Dan hu sinjal pożittiv ta’ kollaborazzjoni li se jkompli jikber. |
| Il-Ministru qalet li f’Novembru li ġej se jkun | ċelebrat Festival għat-Tfal. F’dik l-okkażjoni l-entitajiet kulturali kollha se jingħaqdu biex jagħtu lit-tfal Maltin u Għawdxin l-opportunita’ li jgawdu u japprezzaw il-kultura permezz ta’ attivitajiet varji, kemm edukattivi kif ukoll ta’ divertiment. It-tfal għandhom dritt li jipparteċipaw fl-attivitajiet kulturali u għaldaqstant huwa dmir ta’ dawk responsabbli li jħejju attivitajiet dedikati għalihom. Hi ħeġġet lill-ġenituri jew min jieħu ħsieb it-tfal biex ma jtellfuhomx dawn l-opportunitajiet. |
| Il-Ministru rreferiet għat-tnedija tal-Fond | tal-Arti li kien imniedi x-xahar li għadda. Bħalissa qed jidħlu proposti biex ikunu megħjuna artisti u organizzazzjonijiet fi proġetti varji u taħriġ fil-qasam artistiku. Din l-għajnuna għandha twassal biex dawk li jaħdmu jew jipprattikaw f’dan il-qasam ikollom l-opportunita ta’ żvilupp personali u artistiku. Dan hu pożittiv mhux biss għalihom bħala individwi, iżda wkoll għas-soċjeta’ tagħna li hi mogħnija b’ħafna talent. |
| Il-Ministru Cristina qalet li lejn l-aħħar ta’ | Ottubru se tkun imnedija l-Politika Nazzjonali dwar il-Kultura li se tkun għal konsultazzjoni pubblika. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, il-Ministeru qed jistieden lil dawk kollha interessati biex jibgħatu kummenti u suġġerimenti biex ikunu evalwati mill-entitajiet kollha flimkien mal-Ministeru u għandhom iwasslu biex ikollna strateġija konkreta għall-qasam tal-kultura li rridu narawh ikompli jikber u jiżviluppa. |
| Barra minn hekk l-entitajiet kulturali tagħna | għandhom direzzjoni li jaħdmu flimkien biex ifasslu politika nazzjonali ffukata fuq it-tfal, flimkien ma’ programm estensiv edukattiv u kulturali li jgħaqqad is-sistema edukattiva mal-istaġun kulturali. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u | Sport temmet tgħid li l-iskop tal-Gvern hu li joffri programm kulturali li jolqot il-gosti ta’ kulħadd filwaqt li jinħolqu udjenzi ġodda. Biex dan iseħħ irid ikun hemm aktar tixrid ta’ informazzjoni dwar il-kultura u l-attivitajiet tagħna u tkompli l-ħidma flimkein bl-istess dedikazzjoni biex kull wieħed u waħda minnha nkunu kburin bil-kultura li hi parti essenzjali u meħtieġa għall-iżvilupp tagħna u ta’ pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en