Approvata l-ħatra ta’ Mħallef u żewġ Maġistrati ġodda
pr1516
14/09/2009
| Il-Kabinett tal-Ministri dalgħodu approva | n-nomina tal-Maġistrat Michael Mallia bħala Mħallef tal-Qrati ta’ Malta. Ġew approvati wkoll in-nomini ta’ l-Avukat Claire Stafrace Zammit u ta’ l-Avukat Gabriella Vella bħala Maġistrati fl-istess Qrati. |
| Il-Maġistrat Michael Mallia twieled nhar il-31 | ta’ Marzu 1950 ġewwa l-Belt Valletta. Huwa ggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1975. Huwa ġie nominat Maġistrat nhar it-8 ta’ Jannar 1986 u, sa Novembru 2000, huwa serva wkoll bħala Maġistrat fil-Qorti ta’ Għawdex. |
| Il-Maġistrat Mallia huwa miżżewweġ lil Lorna | Wismayer u għandhom żewġ ulied, Danielle u Nicholas. |
| L-Avukat Claire Stafrace Zammit twieldet nhar | it-8 ta’ Diċembru 1973 ġewwa l-Belt Valletta. Hija ggradwat bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1999. Matul dawn l-aħħar għaxar snin hija ħadmet fl-oqsma tal-Liġi dwar il-Familja (Kriminali u Ċivili), Liġi Ċivili u fil-qasam tal-liġi dwar l-Ippjanar u l-Ambjent. |
| L-Avukat Claire Stafrace Zammit hija miżżewġa | lill-Avukat Ian Stafrace u għandhom żewġt’ibniet, Cristina u Carla. |
| L-Avukat Gabriella Vella twieldet nhar is-26 ta’ | Novembru 1975. Hija ggradwat bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-1999 u tokkupa l-kariga ta’ Chairperson tal-Bord ta’ l-Appell tal-Affarijiet tal-Konsumatur kif ukoll hija Chairman tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar. L-Avukat Gabriella Vella ħadmet fl-oqsma tal-liġi Ċivili, Kummerċjali u Industrijali u hija wkoll arbitru. |
| L-Avukat Gabriella Vella hija miżżewġa lis-Sur | Christopher Spiteri. |
| Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Carmelo | Mifsud Bonnici feraħ lill-Imħallef u lill-Maġistrati l-ġodda. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en