Left arrow Mur Lura

KAMPANJA TA’ INFORMAZZJONI FL-ISKEJJEL GĦALL-PREVENZJONI TAL-INFLUWENZA A H1N1

pr1515
Date Icon 14/09/2009
L-iskejjel kollha Primarji u Sekondarjital-Gvern se jiftħu kif ippjanat fit-28 ta’ dan ix-xahar. Dan ħabbruh il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Mario Galea meta dalgħodu tkellmu mal-istampa dwar kampanja edukattiva ta’ prevenzjoni kontra l-influwenza A H1N1 li se ssir fl-iskejjel.
Parti mill-preparamenti tal-ftuħ tal-iskejjeltfasslet kampanja informattiva u edukattiva dwar l-Influwenza A H1N1. Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` l-Onor. Mario Galea qal li d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni hija partner importanti ħafna fil-Kumitat dwar il-Pandemija. Il-virus A H1N1 infirex madwar id-dinja fi żmien qasir u din il-firxa baqgħet għaddejja anke matul ix-xhur tas-sajf. Din is-sena huwa wkoll stmat li l-influwenza staġjonali tkun fl-aqwa tagħha għall-aħħar t’Ottubru u fix-xahar ta’ Novembru. Aktar ma jiksaħ it-temp aktar jiżdiedu l-irjiħat, anki wkoll għax ngħaddu ħafna iżjed ħin ġewwa u jkun aktar faċli li ngħaddu l-mikrobu ’l xulxin.
Ġie emfasizzat li huwa importanti li minikollu sintomi ta’ mard ma jmurx skola u jibqa’ d-dar. Ilkoll kemm aħna għandna kemm responsabbilita` individwali u anke kollettiva. Tkun irresponsabbilita` li tibghat it-tfal l-iskola jekk ikunu ma jifilħux u jkollhom is-sintomu tal-influwenza. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ħasil ta’ spiss tal-idejn huwa wkoll importanti u dan il-messaġġ se jitwassal lit-tfal permezz ta’ diska adattata.
Il-Ministru Cristina qalet li l-ewwelinteress tal-Gvern hu fit-tfal li jattendu l-iskola li l-interess tagħhom hu li jirċievu l-aħjar edukazzjoni f’ambjent li jilqagħhom u bogħod mill-perikli. Kien għalhekk li matul dan is-sajf sar xogħol kbir f’diversi skejjel biex jinħoloq ambjent aħjar u jitneħħa xi perikli li seta’ kien hemm.
Din is-sena id-dinja kollha qed tħabbatwiċċha mal-influwenza A H1N1 jew kif inhi magħrufa s-Swine Flu u pajjiżna hu milqut ukoll. Imkien fid-dinja ma ttieħdet id-deċiżjoni li minħabba din l-influwenza ma jinfetħux l-iskejjel. Malta mhux eċċezzjoni u allura l-iskejjel se jiftħu kif ippjanat.
Flimkien mas-Segretarjat Parlamentarigħall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ tħejjiet kampanja mmirata speċifikament lejn it-tfal tal-iskejjel biex jinżommu dejjem attenti għall-ħtieġa tal-prevenzjoni, biex kemm jista’ jkun inżommu dan il-għawġ bogħod mill-iskejjel tagħna. Din il-kampanja se titmexxa mill-Health and Safety Unit tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi.
Se tkompli ssir enfasi fuq l-importanzatal-ħasil tal-idejn bl-ilma u s-sapun u numru ta’ rakkomandazzjonijiet oħra li ħarġu mid-Dipartiment tal-Kura fil-Komunita’. Fl-iskejjel se jitpoġġew posters biex ifakkru lit-tfal x’għandhom jagħmlu biex jevitaw din l-influwenza u t-tixrid tagħha.
Qed tkun finalizzata kanzunetta bil-Malti linkitbet apposta biex tgħid lit-tfal x’għandhom jagħmlu biex ma jieħdux dan il-virus tal-A H1N1. Din se tibda titkanta kull fil-għodu waqt l-assembly fl-iskola biex it-tfal jiftakru x’għandhom jagħmlu.
Barra minn din qed jiteħejja wkoll ktejjebb’cartoons li wkoll juri lit-tfal il-periklu tal-influwenza u x’għandhom jagħmlu biex jevitawha billi jsegwu l-pariri ta’ WIŻU li hu l-mascot kontra l-influwenza.
L-għalliema fl-iskejjel primarji li jridujkunu kontinwament fil-klassi biex it-tfal ma jitħallewx weħidhom, se jkunu provduti bi fliexken tal-plastic b’soluzzjoni apposta biex jaħslu idejhom biha regolarment. Dawn se jingħataw ukoll mill-Gvern lill-għalliema tal-primarji fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti.
Għalliema fis-sekondarji kollha, li kull 40minuta jibdlu l-klassi tagħhom għandhom ifittxu li jaħslu idejhom bl-ilma u s-sapun wara kull lezzjoni.
Fl-iskejjel se jitneħħew ix-xugamanitaċ-ċarruta u flokhom jitpoġġew srievet tal-karta biex kulħadd jimsaħ idu fihom wara li jaħsilhom bl-ilma u s-sapun. It-twieqi tal-kuruduri fl-iskejjel se jinżammu miftuħa kulfejn hu possibbli.
Il-Ministru Cristina appellat lill-ġeniturita’ tfal li jħossuhom ma jifilħux biex ma jibgħatuhomx l-iskola u jsejjħu lit-tabib tal-familja. Meta t-tfal ikunu fiequ sew u lesti jirritornaw l-iskola jrid ikollhom magħhom ċertifikat tat-tabib li huma fiequ għal kollox.
Fl-iskejjel kollha se jkun hemm kamra fejnjitpoġġew tfal jew għalliema li jħossuhom ma jifilħux waqt li jkunu l-iskola, sakemm dawn jirritornaw lura lejn darhom.
Il-ġenituri huma mħeġġa li jikkooperaw f’dinil-kampanja ta’ prevenzjoni billi ma jibgħatux tfal morda fl-iskola.
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi sejkun kontinwament qed jikkomunika mad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u d-Direttur tal-Kura fil-Komunita’ biex iżommu s-sitwazzjoni fl-iskejjel kontinwament taħt kontroll u jintervjenu kif u meta jinħass il-bżonn.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow