KAMPANJA TA’ INFORMAZZJONI FL-ISKEJJEL GĦALL-PREVENZJONI TAL-INFLUWENZA A H1N1
pr1515
14/09/2009
| L-iskejjel kollha Primarji u Sekondarji | tal-Gvern se jiftħu kif ippjanat fit-28 ta’ dan ix-xahar. Dan ħabbruh il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Mario Galea meta dalgħodu tkellmu mal-istampa dwar kampanja edukattiva ta’ prevenzjoni kontra l-influwenza A H1N1 li se ssir fl-iskejjel. |
| Parti mill-preparamenti tal-ftuħ tal-iskejjel | tfasslet kampanja informattiva u edukattiva dwar l-Influwenza A H1N1. Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` l-Onor. Mario Galea qal li d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni hija partner importanti ħafna fil-Kumitat dwar il-Pandemija. Il-virus A H1N1 infirex madwar id-dinja fi żmien qasir u din il-firxa baqgħet għaddejja anke matul ix-xhur tas-sajf. Din is-sena huwa wkoll stmat li l-influwenza staġjonali tkun fl-aqwa tagħha għall-aħħar t’Ottubru u fix-xahar ta’ Novembru. Aktar ma jiksaħ it-temp aktar jiżdiedu l-irjiħat, anki wkoll għax ngħaddu ħafna iżjed ħin ġewwa u jkun aktar faċli li ngħaddu l-mikrobu ’l xulxin. |
| Ġie emfasizzat li huwa importanti li min | ikollu sintomi ta’ mard ma jmurx skola u jibqa’ d-dar. Ilkoll kemm aħna għandna kemm responsabbilita` individwali u anke kollettiva. Tkun irresponsabbilita` li tibghat it-tfal l-iskola jekk ikunu ma jifilħux u jkollhom is-sintomu tal-influwenza. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-ħasil ta’ spiss tal-idejn huwa wkoll importanti u dan il-messaġġ se jitwassal lit-tfal permezz ta’ diska adattata. |
| Il-Ministru Cristina qalet li l-ewwel | interess tal-Gvern hu fit-tfal li jattendu l-iskola li l-interess tagħhom hu li jirċievu l-aħjar edukazzjoni f’ambjent li jilqagħhom u bogħod mill-perikli. Kien għalhekk li matul dan is-sajf sar xogħol kbir f’diversi skejjel biex jinħoloq ambjent aħjar u jitneħħa xi perikli li seta’ kien hemm. |
| Din is-sena id-dinja kollha qed tħabbat | wiċċha mal-influwenza A H1N1 jew kif inhi magħrufa s-Swine Flu u pajjiżna hu milqut ukoll. Imkien fid-dinja ma ttieħdet id-deċiżjoni li minħabba din l-influwenza ma jinfetħux l-iskejjel. Malta mhux eċċezzjoni u allura l-iskejjel se jiftħu kif ippjanat. |
| Flimkien mas-Segretarjat Parlamentari | għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ tħejjiet kampanja mmirata speċifikament lejn it-tfal tal-iskejjel biex jinżommu dejjem attenti għall-ħtieġa tal-prevenzjoni, biex kemm jista’ jkun inżommu dan il-għawġ bogħod mill-iskejjel tagħna. Din il-kampanja se titmexxa mill-Health and Safety Unit tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. |
| Se tkompli ssir enfasi fuq l-importanza | tal-ħasil tal-idejn bl-ilma u s-sapun u numru ta’ rakkomandazzjonijiet oħra li ħarġu mid-Dipartiment tal-Kura fil-Komunita’. Fl-iskejjel se jitpoġġew posters biex ifakkru lit-tfal x’għandhom jagħmlu biex jevitaw din l-influwenza u t-tixrid tagħha. |
| Qed tkun finalizzata kanzunetta bil-Malti li | nkitbet apposta biex tgħid lit-tfal x’għandhom jagħmlu biex ma jieħdux dan il-virus tal-A H1N1. Din se tibda titkanta kull fil-għodu waqt l-assembly fl-iskola biex it-tfal jiftakru x’għandhom jagħmlu. |
| Barra minn din qed jiteħejja wkoll ktejjeb | b’cartoons li wkoll juri lit-tfal il-periklu tal-influwenza u x’għandhom jagħmlu biex jevitawha billi jsegwu l-pariri ta’ WIŻU li hu l-mascot kontra l-influwenza. |
| L-għalliema fl-iskejjel primarji li jridu | jkunu kontinwament fil-klassi biex it-tfal ma jitħallewx weħidhom, se jkunu provduti bi fliexken tal-plastic b’soluzzjoni apposta biex jaħslu idejhom biha regolarment. Dawn se jingħataw ukoll mill-Gvern lill-għalliema tal-primarji fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti. |
| Għalliema fis-sekondarji kollha, li kull 40 | minuta jibdlu l-klassi tagħhom għandhom ifittxu li jaħslu idejhom bl-ilma u s-sapun wara kull lezzjoni. |
| Fl-iskejjel se jitneħħew ix-xugamani | taċ-ċarruta u flokhom jitpoġġew srievet tal-karta biex kulħadd jimsaħ idu fihom wara li jaħsilhom bl-ilma u s-sapun. It-twieqi tal-kuruduri fl-iskejjel se jinżammu miftuħa kulfejn hu possibbli. |
| Il-Ministru Cristina appellat lill-ġenituri | ta’ tfal li jħossuhom ma jifilħux biex ma jibgħatuhomx l-iskola u jsejjħu lit-tabib tal-familja. Meta t-tfal ikunu fiequ sew u lesti jirritornaw l-iskola jrid ikollhom magħhom ċertifikat tat-tabib li huma fiequ għal kollox. |
| Fl-iskejjel kollha se jkun hemm kamra fejn | jitpoġġew tfal jew għalliema li jħossuhom ma jifilħux waqt li jkunu l-iskola, sakemm dawn jirritornaw lura lejn darhom. |
| Il-ġenituri huma mħeġġa li jikkooperaw f’din | il-kampanja ta’ prevenzjoni billi ma jibgħatux tfal morda fl-iskola. |
| Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi se | jkun kontinwament qed jikkomunika mad-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u d-Direttur tal-Kura fil-Komunita’ biex iżommu s-sitwazzjoni fl-iskejjel kontinwament taħt kontroll u jintervjenu kif u meta jinħass il-bżonn. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en