WIRJA UNIKA TA’ MAPEP MINJATURI TA’ MALTA F’ GĦAWDEX
pr1514
14/09/2009
| Aktar minn disgħin mappa minjatura ta’ Malta | u Għawdex bħalissa jinstabu għall-wiri fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex f’wirja mtella’ minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni tal-istess Ministeru. |
| Il-wirja tinkludi kollezzjoni unika fid-dinja | ta’ mapep żgħar ta’ Malta u Għawdex, flimkien ma’ pjanti tal-Belt Valletta u t-tlett ibliet li ġew stampati bejn is-sekli sbatax u għoxrin u li ġew ppubblikati f’diversi kotba rari madwar id-dinja. Il-mapep kollha għandhom qies ta’ mhux aktar minn għaxar bi ħmistax-il ċentimetru. Il-parti l-kbira ta’ dawn il-mapep ġejjin mill-Kollezzjoni tal-Mapep Albert Ganado, li għaddiet taħt ir-responsabbilta’ tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti minn Lulju tas-sena l-oħra, iżda tinkludi wkoll mapep u kotba mill-Kollezzjoni Nazzjonali kif ukoll minn kollezzjonijiet privati. |
| Din hija l-ewwel darba li numru daqstant kbir | ta’ mapep ta’ qies żgħir tal-istess pajjiż jinstabu għall-wiri taħt saqaf wieħed, f’wirja li ġiet deskritta bħala l-ewwel waħda tat-tip tagħha fid-dinja. L-importanza ta’ din il-wirja joħroġ ukoll mill-fatt li bosta mill-mapep għall-wiri huma rari ħafna u ġew stampati f’kotba rari u li qegħdin jiġu esibiti għall-ewwel darba. |
| Il-wirja ġiet inawgurata mill-Onor Giovanna | Debono, Ministru għal Għawdex, li qalet li din il-wirja hija oħra minn sensiela ta’ wirjiet prestiġjużi li ttellgħu f’Għawdex bil-kollaborazzjoni ta’ Heritage Malta, bil-għan li jikber u jitkattar l-interess tal-pubbliku fil-wirt kbir li għandu pajjiżna. Hija qalet lill-Ministeru għal Għawdex u Heritage Malta f’dawn l-aħħar snin organizzaw diversi wirjiet bil-għan li jressqu l-wirt ta’ pajjiżna aktar lejn il-pubbliku u jagħmluh aktar aċċessibbli. Fil-ftuħ tal-wirja tkellem ukoll is-Sur Joe Said, Chairman ta’ Heritage Malta, li qal li Heritage Malta taħdem fil-qrib mal-Ministeru għal Għawdex fuq diversi inizjattivi u proġetti favur il-wirt storiku tal-gżira. Dr Albert Ganado wkoll faħħar din l-inizjattiva u qal li din il-wirja għandha tnissel aktar interess u apprezzament lejn l-istudju tal-kartografija ta’ pajjiżna. |
| Il-wirja ġiet ikkurata minn Bernadine | Scicluna mill-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti u Joseph Schiro’ miċ-Ċentru tar-Restawr ta’ Heritage Malta, flimkien ma’ Dr Albert Ganado. Għall-okkażjoni ġie ppublikat katalogu li jkun jista’ jinxtara mis-sala tal-wirjiet u mil-librara ewlenin fil-jiem li ġejjin. |
| Il-wirja tkun miftuħa kuljum bejn it-8.30am u | 12.30pm u nhar ta’ Sibt mid-9.00am sa nofsinhar. Fil-weekend li ġej il-wirja ser tkun miftuħa wkoll il-Ħadd 20 ta’ Settembru u t-Tnejn 21 ta’ Settembru bejn id-9.00am u nofsinhar. Wara l-1 ta’ Ottubru, matul il-ġimgħa, il-wirja tkun miftuħa mit-8.30am sal-4.30pm. Id-dħul għall-wirja huwa mingħajr ħlas. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en