IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CLYDE PULI JAWGURA LIL AARON CIANTAR LI KKONFERMA T-TITLU MONDJALI TAL-P1 GHAT-TIENI SENA KONSEKUTTIVA
pr1511
13/09/2009
| Is-Segretarju | Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, jawgura lil Aaron Caintar, is-sewwieq Malti fil-kampjonat tal-P1 Powerboats, għar-rebħ tal-kampjonat dinji fil-klassi Supersport. |
| Din ir-rebħa | tfisser li Ciantar se jkun qed iżomm it-titlu mondjali hekk kif anke s-sena li għaddiet rebaħ it-titlu mondjali f’din il-kategorija. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Clyde Puli sostna wkoll li dan hu suċċess doppju għall-familja Ciantar anke minħabba l-fatt li d-dgħajsa rebbieħa kienet mibnija Malta, mill-kumpanija Chaudron li l-proprjetarju hu missier Aaron. |
| Clyde Puli | faħħar ukoll l-impenn ta’ Aaron Ciantar kif ukoll tas-sieħeb tiegħu Angelo Tedeschi li baqgħu konsistenti matul l-istaġun kollu tal-P1 Powerboats. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en