Left arrow Mur Lura

ELUF  TA’  FAMILJA  JZURU  VILLA  FRANCIA

pr1510
Date Icon 13/09/2009

Zara virtwali fuq:  www.opm.gov.mt/villafrancia

Eluf ta’ familji żaru VillaFrancia li ġiet inawgurata l-bieraħ mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Waqt l-Open Day li saretillum, il-pubbliku setgħa jżur il-ġonna u l-kmamar ta’ din il-Villa.  Din il-Villa li tħalliet b’wirt lill-Istat Malti mill-Familja Francia ġiet restawrata fl-aħħar snin mill-ħaddiema tax-Xogħlijiet Pubbliċi u minn studenti tal-MCAST.
Il-pubbliku li attenda għall-OpenDay ingħata ktejjeb dwar l-istorja ta’ din il-Villa.  Il-ktejjeb jinkludi wkoll l-aħħar diskors li għamel Sir Ugo Mifsud fil-Kunsill tal-Gvern fid-9 ta’ Frar 1942.  Hu kien tah attakk tal-qalb waqt li kien qiegħed jagħmel diskors kontra d-deċiżjoni tal-Gvern Ingliż li jiġu deportati numru ta’ Maltin.  Sir Ugo Mifsud, li serva bħala Prim Ministru bejn l-1924 – 1927 u l-1932 – 1933, miet f’Villa Francia jumejn wara.
L-inawgurazzjoni ta’ VillaFrancia saret il-bieraħ, propju għeluq il-120 sena mit-twelid tiegħu, fit-12 ta’ Settembru 1889.

Żjara virtwali tal-Villa Francia tista’ ssir fuq il-website tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru:  www.opm.gov.mt/villafrancia. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow