ELUF TA’ FAMILJA JZURU VILLA FRANCIA
pr1510
13/09/2009
Zara virtwali fuq: www.opm.gov.mt/villafrancia
| Eluf ta’ familji żaru Villa | Francia li ġiet inawgurata l-bieraħ mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. |
| Waqt l-Open Day li saret | illum, il-pubbliku setgħa jżur il-ġonna u l-kmamar ta’ din il-Villa. Din il-Villa li tħalliet b’wirt lill-Istat Malti mill-Familja Francia ġiet restawrata fl-aħħar snin mill-ħaddiema tax-Xogħlijiet Pubbliċi u minn studenti tal-MCAST. |
| Il-pubbliku li attenda għall-Open | Day ingħata ktejjeb dwar l-istorja ta’ din il-Villa. Il-ktejjeb jinkludi wkoll l-aħħar diskors li għamel Sir Ugo Mifsud fil-Kunsill tal-Gvern fid-9 ta’ Frar 1942. Hu kien tah attakk tal-qalb waqt li kien qiegħed jagħmel diskors kontra d-deċiżjoni tal-Gvern Ingliż li jiġu deportati numru ta’ Maltin. Sir Ugo Mifsud, li serva bħala Prim Ministru bejn l-1924 – 1927 u l-1932 – 1933, miet f’Villa Francia jumejn wara. |
| L-inawgurazzjoni ta’ Villa | Francia saret il-bieraħ, propju għeluq il-120 sena mit-twelid tiegħu, fit-12 ta’ Settembru 1889. |
Żjara virtwali tal-Villa Francia tista’ ssir fuq il-website tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru: www.opm.gov.mt/villafrancia.
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en