Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TA’ VILLA FRANCIA, F’ĦAL LIJA – IS-SIBT,  12 TA’ SETTEMBRU 2009

pr1507
Date Icon 12/09/2009
L-inawgurazzjoni ta’ Villa Francia hiċelebrazzjoni tal-arkitettura, tal-arti u tal-ħila tal-ħaddiema Maltin li fl-aħħar snin wettqu proġett estensiv ta’ restawr.  Hija wkoll tifkira tal-istorja tagħna bis-sabiħ u l-ikrah li pajjiżna kellu jiffaċċja.
VillaFrancia għaddiet f’idejn l-Istat bħala parti mill-wirt li l-familja Francia ħalliet fit-testment tagħha. F’isem il-poplu nirringrazzja lill-Familja Francia ta’ din il-Villa li tat lill-poplu Malti u Għawdxi. Dmirna hu li nħarsu l-wirt ta’ pajjiżna biex ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin warajna, biex huma bħalna, jkunu jistgħu japprezzaw it-teżori kbar li dawn il-gżejjer huma mogħnija bihom u li qed ingawduhom aħna llum.  Il-bini, l-arti, il-kultura, l-istorja huma lkoll parti mill-identità tagħna li sawru dan il-Ġens tul is-sekli.   Illum l-identità tagħna qegħdin naqsmuha ma’ pajjiżi oħra fejn hemm Maltin li emigraw fis-snin li għaddew u bnew komunitajiet ħajjin.  L-identità Maltija llum hi wkoll parti mill-identità Ewropea.
Bis-saħħa tas-sovranità tagħha, Malta sabetpostha bħala Membru fl-Unjoni Ewropea. F’din id-deċiżjoni, meta pajjiżna ġie aċċettat ma’ pajjiżi akbar minnha, l-identità kulturali tagħha, apparti l-aspett ekonomiku, kienet fattur determinanti.

Malta għandha tħares il-wirt kulturali tagħha.  Kull parti mill-patrimonju nazzjonali, hija parti mill-kredenzjali tagħna, poplu u stat, preżenti daqs kulħadd fil-kuntest Ewropew u dinji. Għalhekk kien u se jkompli jkun prinċipju importanti tal-Gvern Malti li jagħmel kulma jista’ biex kull aspett tal-wirt kulturali tal-pajjiż ikun magħruf aktar u apprezzat u kkurat aktar, u f’kull livell.  

Il-patrimonju tagħna jkun apprezzat aktar jekkikun magħruf aktar. Nistgħu ngħożżuh skont kemm inkunu nafuh. U għalhekk il-Gvern huwa impenjat li jagħti importanza ewlenija lit-tixrid tal-informazzjoni dwar dan il-wirt imprezzabbli.  Ewlieni fost l-oqsma ta’ dan il-patrimonju kbir huwa l-wirt arkitettoniku, il-wirt li l-Maltin  ta’ qabilna ħallewlna bis-saħħa tal-mezz li bih setgħu jesprimu ruħhom l-aktar: il-ġebla.
Bħalissa l-Gvern qed iwettaq aktar minn 80proġett differenti, ewlenin fosthom proġetti ta’ restawr li joħorġu l-ġmiel ta’ pajjiżna – li joħorġu l-ġmiel tal-faċċati fil-Belt Valletta, is-sbuħija tal-iskultura, il-meravilja tal-wirt li ħallewna missirijietna.  Fis-snin li għaddew sar proġett estensiv fl-Imdina u llum nistgħu napprezzaw aktar kull kantuniera, triq u pjazza fl-Imdina.  Qed isir restawr tas-swar u s-sena d-dieħla se jibda l-proġett tal-Collachio fil-Birgu.
L-inawgurazzjoni ta’ Villa Francia illum hiwkoll ċelebrazzjoni tal-ħila tal-ħaddiema Maltin, li b’sengħa wettqu u qed iwettqu proġetti ta’ restawr.  Ir-restawr delikat ta’ Villa Francia beda fl-2006 mill-Ministeru tal-Infrastruttura li kien immexxi mill-Ministru Ninu Zammit, li kien strumentali biex saru xogħlijiet ta’ restawr u proġetti f’diversi lokalitajiet f’pajjiżna.  Daħħal sensittività għar-restawr.  Għaraf li, anki, l-kappelli fil-kampanja għandhom importanza u jeħtieġu li jiġu restawrati daqs imkejjen oħra fejn jitħalltu aktar nies u turisti.  Hekk beda jitwettaq programm ta’ restawr ta’ kappelli, l-akwadott, iz-znieter, il-pjazez u tant oħrajn.  Il-parti l-kbira tax-xogħlijiet saru minn ħaddiema tal-Gvern, tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.  F’Villa Francia kienu involuti wkoll studenti mill-MCAST.  Prosit lilkom ilkoll għal dak li wettaqtu u għal dak li qed twettqu fil-proġetti li qed isiru llum.
Pajjiżna huwa fuq quddiem nett fil-kapaċitàtan-nies tiegħu li jbiddlu ġebla f’opra ta’ arti, minn skultura sa bini, minn oġġett żgħir sa struttura sħiħa. Dan m’ hux mertu żgħir, wisq aktar jekk jitqies fil-kuntest tal-fatt li t-tempji l-qodma ta’ Malta huma wirja permanenti ta’ meravilji magħmulin biss mill-ġebel.  Ħaġar Qim, l-Imnajdra, il-Ġgantija, l-Ipoġew u l-kumplament huma lkoll dokument mill-aqwa ta’ kif il-ġebla saret fostna anki ħaġa mill-isbaħ.
Il-qedem imbagħad kompla kabbar dan il-valur, uallura d-dmir tagħna li nħarsu dan il-qedem ta’ valur huwa wkoll impenn u għajn ta’ sodisfazzjon quddiem l-Ewropa u d-dinja kollha.  Aħna impenjati li nkomplu nieħdu ħsieb kull rokna li fiha tidher il-kapaċità arkitettonika tal-pajjiż tagħna.
Dan nagħmluh għaliex nemmnu fih.  Irridu lil-wirt kulturali jkun apprezzat u magħruf aktar.  Hekk naslu għall-edukazzjoni tal-bniedem sħiħ, tal-persuna li għandha identità anki kulturali, spiritwali. Nafu lkoll li kull pajjiż fil-fatt jeħtieġ jagħmel hekk rigward il-patrimonju tiegħu. Imma pajjiżna għandu raġunijiet partikulari, l-aktar meta wieħed iqis – ħaġa li sikwit tissorprendi lit-turisti – li fi spazju daqshekk ristrett jinsab maħżun u miġbur tant wirt ta’ valur impressjonanti, u li nzerta li għandu xejn inqas minn valur dinji.
Neħtieġu nkomplu u nsaħħu dan l-impenn favuril-wirt arkitettoniku, fost l-oħrajn, anki għaliex dan hu parti mill-vetrina li Malta għandha x’toffri lit-turisti, kemm lil dawk it-turisti li jiġu speċifikament bi skop ta’ turiżmu kulturali, u kemm lit-turisti l-oħrajn kollha li mbagħad iġorru magħhom lura lejn pajjiżhom l-impressjoni ta’ pajjiż ċivili: ċivili għaliex għandu dan il-patrimonju, u ċivili għaliex jaf kif japprezzah, jieħu ħsiebu u jżommu fl-aħjar kundizzjoni. Fil-passat storiku tagħna spiss jinsab il-futur ekonomiku tagħna.
Aħna li rridu nkomplu nibnu soċjetà f’saħħitharridu nagħtuha ambjent f’saħħtu. Lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna rridu nagħtuhom, bi dritt, ambjent sabiħ, interessanti, leali lejn l-istorja.  Inkella nkunu qegħdin nagħtuhom biss apatija. Il-ħarsien tal-ambjent hu qabelxejn proġett favur is-sanità ta’ wliedna.
Ambjent storiku mħares tajjeb hu wieħedmill-mezzi li bihom ir-resident ikun jista’ jgħix u jikber fi trankwilità akbar, f’ambjent li juri li hu mmexxi u abitat minn nies li jġibu rispett, li jifhmu, li jafu jivvalutaw, ifaħħru u jgħożżu. Fuq kollox, dan hu wieħed mill-isbaħ kumplimenti li nistgħu nagħmlu lil dawk il-kostrutturi tal-ġebla, tal-bieraħ u tal-lum, li bnew lil Malta matul ħafna sekli biex għamluha mużew mimli vertrini sbieħ f’kull lokalità.  Il-Kunsilli Lokali huma strumentali biex il-wirt ta’ pajjiżna fil-lokalitajiet kollha tagħna jitħares aħjar u jkun apprezzat aktar.
L-inawgurazzjoni ta’ VillaFrancia hi parti mill-impenn tal-Gvern li jwettaq proġetti ta’ restawr u li magħġuna magħha għandha storja ta’ valuri.  Hawn miet Sir Ugo Mifsud fi Frar tal-1942.  Sir Ugo Mifsud, wieħed mill-ulied l-iżjed denji, fejn twieled fl-1889 – bħal-lum 120 sena.
Hu ħalla l-influwenza tiegħufuq il-politika bħala bniedem onest, intelliġenti u qalbieni. Politiku li għaraf jiddefendi d-dritt ta’ Malta fil-mument preċiż. Fid-9 ta’ Frar, waqt li l-Kunsill tal-Gvern kien qiegħed jiddibatti b’urġenza l-intenzjoni tal-Gvern Ingliż li jiddeporta minn Malta numru ta’ Maltin, Sir Ugo Mifsud għamel diskors intelliġenti u mqanqal ħafna biex jiddefendi liċ-ċittadini Maltin kontra dik l-intenzjoni. Huwa kien qiegħed  jagħmel stqarrija storika importanti li s-sostanza tagħha hija d-drittijiet tal-individwu, id-dritt ta’ Malta għas-‘Self-Government’, ir-rispett dovut lid-drittijiet kostituzzjonali li, fi kliemu stess, kienu ilhom jiġġieldu għalihom il-Maltin b’sagrifiċċji kbar. Id-diskors tal-aħħar tiegħu, bħal drabi oħra, huwa mhux biss manifestazzjoni tal-ħila tiegħu li jaħseb u li jitkellem bir-reqqa, imma wkoll eżempju ieħor tar-rikkezza tradizzjonali Maltija, tal-kunċett tad-dritt. Kultura u s-sens tad-Dritt juru t-tnejn kemm hi antika n-nazzjonalità Maltija. Dan id-diskors, għalhekk, li jmur lura sal-bidu tas-snin erbgħin tas-seklu l-ieħor, huwa minnu nnifsu eżempju ta’ kif kull aspett tal-patrimonju Malti juri biċ-ċar kemm Malta ilha li saret nazzjon permezz tal-kultura tal-ħsieb daqskemm tal-lavur tagħha.
Sir Ugo Mifsud fid-diskorstiegħu kien wasal fil-punt li qal  li kien qiegħed jitlob lil Alla biex ma jsirux affarijiet ta’ ċertu tip – ‘rikriminazzjonijiet’ hi l-kelma preċiża tiegħu - li mbagħad iħallu marka fl-Istorja li ma titħassarx. Kien l-aħħar kliem tiegħu fil-Kamra. Dak il-ħin stess huwa qal li kien qiegħed iħossu ħażin, u waqaf.  Hemm intemm id-diskors tiegħu, u jumejn wara huwa miet, sewwasew fid-dar magħrufa bħala Villa Francia.
Ir-restawr u dan l-apprezzament li qegħdin nurulejn Villa Francia huma għalhekk eżempju ieħor tar-rispett li rridu nuru, lejn ir-rabta bejn dan il-personaġġ distint u d-dar fejn huwa kien jgħix u miet. Din l-okkażjoni hija  eżempju konkret ieħor ta’ kemm aħna impenjati li nkomplu nibnu l-futur nazzjonali tagħna fuq l-għarfien sħiħ tal-passat kulturali tagħna. B’dan il-mod aħna ċerti li nkunu qegħdin nagħtuh kontribut anki ekonomiku lil pajjiżna u nkomplu nsaħħu l-viżjoni tajba li għandha d-dinja ta’ pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow