STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr1506
12/09/2009
| L-iskema ta’ tnaqqis tal-multi u l-imgћaxijiet | fl-interess tal-ġid komuni |
| B’referenza gћall-kummenti tal-Kelliem | tal-Oppożizzjoni gћall-Finanzi, Charles Mangion, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jixtieq jiċċara mill-ġdid il-prinċipji wara din id-deċiżjoni filwaqt li jfakkar li gћalkemm qed tingћata impressjoni li xi ћadd se jingћata amenstija mit-taxxa dovuta, din l-iskema se twassal gћal tnaqqis mill-multi u l-imgћaxijiet u ebda taxxa m’hi se tiġi ffrankata. Il-bilanċ tat-taxxa gћandu jitћallas bis-sћiћ. |
| Din | l-iskema hija intiża biex min gћal raġunijiet differenti waqa’ lura fil-ћlasijiet tat-taxxa tiegћu, inklużi każi ġenwini marbuta mal-qagћda ekonomika attwali, jirregolarizza l-pożizzjoni tiegћu. Iżda fl-istess waqt hija ta’ benefiċċju wkoll gћad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li b’din l-iskema se jwettaq tindifa ġenerali ta’ taxxi dovuti li ilhom jakkumulaw sa mit-twaqqif tad-Dipartiment, speċjalment dawk ta’ qabel is-Snin 80 fejn ir-rekords ma kienux kompjuterizzati. Fl-aћћar mill-aћћar, it-taxpayer ukoll se jgawdi gћaliex il-Gvern se jiffranka t-triq twila u l-ispejjeż biex jirkupra l-ammonti dovuti b’mod legali quddiem il-Qrati. |
| Aktar | minn dan, id-dћul li l-Gvern jista’ jagћmel minn din l-iskema jista’ jgћin biex ipatti l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja li gћandha tfisser tnaqqis ta’ 60 miljun ewro fid-dћul proġettat mill-Gvern gћal din is-sena. B’hekk il-Gvern ikun jista’ jkompli jinvesti f’inizjattivi mmirati biex jiddefendu x-xogћol u jsostni l-qafas soċjali ta’ pajjiżna, l-edukazzjoni, is-saћћa u b’hekk itejjeb il-kwalità tal-ћajja tal-familji Maltin u Gћawdxin. |
| Tajjeb | jingћad li din l-iskema timxi id f’id mar-riformi fis-sistema tal-multi u penali mћabbra f’Jannar ta’ din is-sena fejn l-imgћax tnaqqas gћal 0.75% u ddaћћal il-kunċett ta’ capping, biex is-sistema ta’ infurzar tat-taxxa gћalkemm tkun waћda stretta tkun aktar ġusta. Minn Jannar 2009 tnaqqsu wkoll il-multi fuq late filing u omissions u gћalhekk jagћmel sens li jitnaqqsu l-multi fuq is-snin ta’ qabel ukoll. Il-ħsieb prinċipali kien li din is-sistema għandha tirrifletti effiċjenza ħanina, fit-tmexxija, u fir-riżultati. Ir-riforma ħadet ħsieb li l-penali qatt ma għandhom isiru użura legalizzata u l-iskema mћabbra fil-jiem li gћaddiet issaћћaћ u tikkumplimenta dan l-istess prinċipju. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en