Left arrow Go Back

APPRENTISTI F’ĊEREMONJA TA’ GRADWAZZJONI

pr1502
Date Icon 11/09/2009
Il-Ministru tal-Politika Soċjali,l-Onor. John Dalli, ippreżenta ċ-ċertifikati lil 246 apprentisti, wara li temmew programm intensiv fl-apprentistat.  L-iskemi ta’ l-apprentistat jaħdmu fuq sistema doppja fejn l-apprentisti jqattgħu ħin għat-taħriġ f’istituzzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali u ħin għal taħriġ fuq il-post tax-xogħol.
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol uTaħriġ hi responsabbli mill-amministrazzjoni tas-sistema ta’ l-apprentistat.  Din tinkludi l-għażla u l-placement ta’ l-apprentisti, il-monitoraġġ ta’ l-apprentisti biex ikun żgurat li t-taħriġ qed jingħata kif ippjanat, u t-trade testing finali.
L-apprentistati humaopportunitajiet tajba għaż-żgħażagħ biex jiksbu esperjenza prattika ta’ xogħol filwaqt li jkunu għadhom qed jistudjaw f’istituzzjoni edukazzjonali bħall-MCAST u l-ITS.  Dan il-mod ta’ taħriġ jiffaċilita t-tranżizzjoni ta’ l-istudenti mill-iskola għax-xogħol.  L-apprentistat hu wkoll opportunita` għal min iħaddem biex iħarreġ kandidati prospettivi bħala impjegati futuri li l-kumpanija nnifisha tkun ħarrġet skond il-ħtiġijiet partikolari tagħha.  Bħal issa hawn 619 apprentisti (‘il fuq minn 300 fl-1995) li qed jaħdmu ma’ aktar minn 300 kumpanija f’Malta u Għawdex.
L-apprentisti li rċivew iċ-ĊertifikatJourneyman mill-ETC speċjalizzaw f’oqsma differenti.  Dawn jinkludu t-tiswija tal-ajruplani, il-bini u l-kostruzzjoni, it-teknoloġija tal-kompjuter, l-elettronika, il-preparazzjoni ta’ l-ikel u x-xorb, it-teknoloġija tal-laboratorji, l-inginerija mekkanika u elettrika, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-karozzi, it-tellar, il-plumbing, l-istampar, it-teknoloġija ta’ l-arja kondizzjonata, xogħlijiet fil-bini u fir-restawr tiegħu u il-welding.
Fil-preżent il-Korporazzjoni tax-Xogħolu Taħriġ qed tipproċessa l-applikazzjonijiet ta’ madwar 320 persuna li applikaw biex jidħlu f’apprentistat minn Ottubru li ġej.
Għal aktar informazzjoni fuq l-apprentistati,l-pubbliku huwa mistieden biex jagħmel kuntatt mat-Taqsima ta’ l-Apprentistat tal-Korporazzjoni fuq Tel. Nru. 2220 1303 / 11 jew permezz ta’ l-email - apprentice.etc@gov.mt.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow