STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr1501
11/09/2009
| B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA | TAL-KELLIEM EWLIENI GĦALL- EKONOMIJA U S-SELF EMPLOYED TA’ L-OPPOZIZZJONI |
| Il-priorità tal-Gvern hi | l-impjiegi tal-ħaddiema. Għall-Oppożizzjoni l-prijorità hi ċ-ċifri. |
| F’dan il-mument fejn il-kriżi internazzjonali | qed tħalli effett fuq kull pajjiż, l-attenzjoni tal-Gvern hi fuq l-impjiegi tal-ħaddiema u l-livell tal-għixien tal-familji. L-impjiegi tal-ħaddiema huma ta’ prijorita’ għall-Gvern, u għalhekk għamel skemi biex isalva l-impjiegi. L-Oppożizzjoni hi aktar interessata fiċ-ċifri. Ikun żball li biex jitnaqqas id-deficit inħallu l-ħaddiema jitilfu l-impjieg tagħhom kif trid l-Oppożizzjoni. L-Oppożizzjoni tippreferi deficit baxx u qgħad għoli. |
| Il-ħidma tal-Gvern f’dawn l-aħħar xhur kienet | immirata aktar biex iżżomm l-attività ekonomika għaddejja u kien għalhekk li ngħataw diversi inċentivi u għajnuniet li appoġġjaw lil dawk l-entitajiet li kienu għaddejjin minn diffikultajiet biex jegħlbu l-isfidi li ltaqgħu magħhom minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali. Dan kollu sar biex il-Gvern iħares l-impjiegi fi żmien meta fil-pajjiżi ta’ madwarna, li pajjiżna jagħmel il-kummerċ magħħhom, u fid-dinja kienu qed jingħataw sensji kbar. Bl-għajnuna li ngħatat ġew salvati 2,500 impjieg. L-Oppożizzjoni mid-diskorsi u l-istqarrijiet tagħha qed turi li kienet tippreferi li dawn il-ħaddiema jingħataw is-sensja biex tara d-deficit nieżel. L-Oppożizzjoni qed turi insensittivita’ lejn il-familji. |
| Żdied ukoll l-appoġġ u l-għajnuna fil-qasam | turistiku biex pajjiżna jkompli jagħmel kampanji biex jiġbed turisti lejn pajjiżna. Din il-ħidma saret meta l-ammont ta’ nies li jsiefru fuq vaganzi qiegħed jonqos. |
| Li kieku dan ma sarx, l-impatt ta’ din il-kriżi | ekonomika u internazzjonali kien ikun bil-wisq ikbar. Iżda l-Oppożizzjoni regolarment tattakka lill-Gvern li poġġa l-interess tal-ħaddiema u tal-postijiet tax-xogħol qabel il-finanzi tal-pajjiż, għaliex ta’ spiss toħroġ stqarrijiet tikkundanna ż-żieda fid-defiċit. |
| Iċ-ċirkostanzi li fihom tħejja l-baġit għal din | is-sena kienu mill-aktar differenti minn dawk attwali. L-istqarrija tal-Oppożizzjoni ma tgħidx li meta l-Kummissjoni Ewropea ħarġet bi previżjonijiet differenti minn tal-Gvern xhur wara li nqara l-baġit, għamlet l-istess bidliet għal ħafna mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. |
| Filwaqt li għal Malta, fil-previżjonijiet | tar-Rebbiegħa l-Kummissjoni qalet li kienet tistenna li t-tkabbir ekonomiku f’Malta jkun -1%, kienet qed tipprevedi dawn ir-riżultati għall-pajjiżi oħra: -9% għall-Irlanda, -5.4% għall-Ġermanja, -3.5% għall-Belġju u l-Olanda u -3.8% għar-Renju Unit, fost oħrajn. Dan ġara għaliex iċ-ċirkostanzi inbidlu sostanzjalment wara t-tħabbir taċ-ċifri fil-baġit, fejn fl-aħħar xhur tas-sena seħħet l-akbar daqqa tal-kollass ta’ numru ta’ istituzzjonijiet finanzjarji madwar id-dinja u dan wassal biex l-impatt fuq l-ekonomiji kompla jissaħħaħ fil-bidu tal-2009. Iżda bħas-soltu, għall-Oppożizzjoni, dan kollu qiesu mhux qed jiġri. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en