STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
pr1500
11/09/2009
| Il-prezzijiet | tal-frott u l-ħxejjex |
| Il-Ministeru | għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jirreferi għall-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li tirreferi għal prezzijiet ta’ frott u ħxejjex għat-tieni kwart ta’ din is-sena. |
| Minn din l-istatistika jirriżulta li | l-produzzjoni tal-ħaxix naqset bi 11.8% mit-tieni kwart tal-2008. Dan inevitabbilment ikkawża xi skarsezza ta’ ħaxix u għalhekk id-domanda kienet akbar u l-prezzijiet kienu favorevoli għall-bidwi. Kien hemm xi fatturi li wasslu għal dan it-tnaqqis, mhux l-inqas il-marda tat-tuta absoluta li wasslet biex il-produzzjoni tat-tadam kienet baxxa u għalhekk il-prezz baqa’ wieħed għoli. |
| Fuq il-frott, mill-istatistika jirriżulta li | l-produzzjoni kienet ukoll inqas meta mqabbla mat-tieni kwart tal-2008. F’dan il-każ, il-prezz tal-frott naqas u dan kien kawżat minn frott impurtat li għamel tajjeb għat-tnaqqis fil-produzzjoni lokali. |
| Fir-rigward tal-prezz tal-laħam, tat-tjur u | tal-majjali, hawnhekk jirriżulta li naqset il-produzzjoni bil-konsekwenza li żdiedet id-domanda u dan wassal biex il-bdiewa u r-raħħala ġabu prezzijiet tajbin għall-prodott tagħhom |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en