STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
pr1499
11/09/2009
| B’reazzjoni għal-istqarrija maħruġa mill-kelliem | tal-Oppożizzjoni Leo Brincat |
| B’reazzjoni għall-istqarrija ripetittiva | tal-kelliem tal-Oppiżizzjoni Leo Brincat, il-Gvern jixtieq ifakkar lill-istess Onorevoli li hija l-Oppożizzjoni li dejjem opponniet u ma tikkollaborax mal-Gvern f’inizjattivi ambjentali. Il-Gvern għaddej b’ħidma kontinwa u bla waqfien u poġġa bħala priorita’ dan il-qasam tal-enerġija alternattiva. |
| l-iżvilupp | fil-qasam tal-enerġija alternattiva ma jseħħx bil-kantaliena ta’ stqarrijiet ripetittivi iżda b’miżuri u skemi konkreti. Sal-lum l-Oppożizzjoni dejjem żammet il-pożizzjoni li tfixkel aktar milli tikkopera sabiex pajjiżna jkompli jiżviluppa f’dan il-qasam. Dan għamlitu fid-diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tal-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart, dwar l-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’ Antnin, dwar it-tibdil fil-klima, dwar l-iskemi li jinċentivaw lill-familji jinvestu f’apparat ta’ enerġija nadifa, kif ukoll dwar l-iżvilupp ta’ Wind Farms f’pajjiżna. |
| B’referenza għal IRENA (The International | Renewable Agency) l-Gvern ifakkar lill-Onorevoli Brincat li Malta ssieħbet f’din l-Organizzazzjoni flimkien ma’ 22 pajjiż ieħor fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju ta’ din is-sena. |
| Il-Gvern jitlob għal aktar maturita’ politika | sabiex pajjiżna jkompli jiżvilluppa f’dan il-qasam. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en