OPEN DAY F’VILLA FRANCIA NHAR IL-ĦADD LI ĠEJ
pr1496
11/09/2009
| Nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru se ssir Open | Day f’Villa Francia wara li sar proġett estensiv ta’ restawr. L-Open Day se ssir bejn il-11.00 a.m. u s-6.00 p.m. Din il-Villa tħalliet b’wirt lill-Istat mill-familja Francia. Villa Francia tinsab fi Triq Preziosi, Hal Lija. |
| Waqt din l-Open Day il-pubbliku se jkun | jista’ jżur il-ġonna u l-kmamar kollha ta’ din il-Villa li ġiet restawrata fl-aħħar snin. Se jkun hemm ukoll għall-wiri dokumenti storiċi u affarijiet oħra, li se jkunu esebiti għall-ewwel darba, marbuta mal-ħajja ta’ Sir Ugo Mifsud li miet f’din il-Villa. Ugo Mifsud kien it-tielet Prim Ministru ta’ Malta, u serva bejn 1924 u l-1927 u bejn 1932 u l-1933. |
| Sabiex sar il-proġett ta’ restawr ġie ffurmat | tim professjonali, li kien maghmul minn grupp multidixxiplinarju ta’ professjonisti b’esperjenza vasta. Fost dawn il-professjonisti kien hemm speċjalista tal-konservazzjoni tal-bini, konservaturi speċjalizzati fil-pittura, inġinier mekkaniku u tal-elettriku u landscape architect. Xi wħud mill-ħaddiema li ġew magħżula speċifikament għal dan il-proġett kienu mħarrġa fir-restawr. |
| Fuq dan il-proġett ħadmu ħaddiema mid-Dipartiment | tax-Xogħlijiet Pubbliċi u studenti. Studenti tal-MCAST li kienu qed jitħarrġu fil-konservazzjoni tal-patrimonju tal-bini ġew sponsorjati u ngħataw l-opportunità li jiksbu esperjenza f’dan ir-rigward permezz ta’ dan il-proġett. Matul il-proċess ta’ tindif u restawr, instabet parti żgħira minn skultura elaborata. Dan kien possibbli minħabba l-metodoloġija sensittiva li kienet qed tintuża għat-tindif. Din is-sejba wasslet għal skavar bir-reqqa tal-iskultura kollha. |
| Waqt l-Open | Day il-pubbliku se jkun jista’ jara dan il-patrimonju ta’ arkitettura, arti, storja u ħila tal-ħaddiema. Se jitqassam ktieb kommemorattiv dwar l-istorja ta’ Villa Francia. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en