It-Torri l-Abjad għat-tgawdija tal-pubbliku
pr1495
10/09/2009
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet Jason Azzopardi illum għadda t-Torri l-Abjad ġewwa l-Mellieħa, lil Kunsill tal-lokal biex dan jiġi restawrat u jinfetaħ għall-pubbliku. Flimkien mat-Torri ġiet mgħoddija wkoll Pill Box ta' żmien l-Ingliżi li kienet maħsuba biex tagħsses il-Bajja ta' l-Għadira. Din id-devoluzzjoni hija biss l-aħħar waħda wara li numru ta' siti storiċi għaddew għand Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex jew NGOs biex dawn ikunu jistgħu jirrestawrawhom u jindukrawhom b'mod li jixraq lil dawn l-istess siti, u għall-ġid tal-pubbliku. |
| Jason Azzopardi | qal li il-Gvern jemmen bis-sħiħ f'politika ta' devoluzzjoni, għax b'hekk isir użu dejjem aħjar mill-esperjenza u l-ħeġġa ta' dawn l-entitajiet li joffru li jieħdu ħsieb dawn is-siti, u jagħmlu użu minnhom aħjar, filwaqt li jagħmel ġieħ lil wirt kulturali ta'pajjiżna. |
| Min-naħa tiegħu | is-Sindku tal-Mellieħa, Robert Cutajar qal li l-Kunsill Lokali tiegħu qed jaħdem mal-partijiet kollha involuti biex ikompli jittejjeb il-pakkett turistiku li joffri il-lokal. Bl-inklużjoni tat-Torri l-Abjad ma’ numru ta' siti storiċi oħra, dan se jkompli jsir. Huwa rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari li fehem l-importanza ta’ dan il-progett u ta s-sapport kollu mixtieq. |
| It-Torri l-Abjad | u l-Pill Box jingħaqdu ma' kullana ta' siti li għaddew f'idejn organizzazzjonijiet jew Kunsilli Lokali fl-aħħar xhur. F'Awwissu li għadda il-Gvern għadda f'idejn il-Kunsill Lokali tal-Munxar flimkien ma' din l-Art Ħelwa, it-Torri tax-Xlendi, filwaqt li iktar kmieni din is-sena it-Torri tal-Madliena f'Baħar iċ-Ċagħaq ġie mgħoddi mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet lill-Fondazzjoni Wirt Artna. |
| It-Torri l-Abjad | inbena' fl-1658, u huwa is-sitt torri mit-tlettax li bena' l-Granmastru De Redin bhala sistema ta' difiża u allarm mal-kosta tal-gżira . Dan kien it-tielet torri li nbena' fil-lokalita' tal-Mellieħa wara t-Torri ta' Għajn Tuffieħa, u l-Forti Sant'Agata magħruf aħjar bħala t-Torri l-Aħmar. Dan it-Torri kien maħsub biex jgħasses il-bajjiet tal-Armier u l-Aħrax. Bħat-torrijiet l-oħra mibnija mill-istess Granmastru, dan għandu forma kwadra, u jikkonsisti f'żewġt ikmamar fuq xulxin, b'turretta ċkejkna fuq il-bejt. |
| Mal-medda | taż-żmien saru numru ta' modifikazzjonijiet kif ukoll inbnew għadd ta' strutturi u kmamar madwar dan it-torri. Sa reċentement dan i-torri kien f'idejn il-privat, u issa qed jgħaddi għand il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex jinfetaħ għall-pubbliku f'qasir żmien. |
| Il-Pill Box | inbniet mill-Ingliżi fl-1903, u kienet strumentali biex tiddefendi l-Bajja ta' l-Għadira kemm fl-ewwel Gwerra Dinjija kif ukoll fit-Tieni. Din inbniet meta lejn l-aħħar tas-Seklu 19, l-Ingliżi abbandunaw l-idea li jiddefendu biss mill-Victoria Lines l-isfel, u b'hekk riedu li jibdew jiddefendu it-Tramuntana tal-gżira ukoll. Din il-Pill Box hija waħda minn serje li nbnew biex jiddefendu l-bajjiet li sa dak inhar kienu mikxufa għall-għadu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en