Reazzjoni Tal-Gvern għall-istqarija li ħargu flimkien Bird Life International u l-Federazzjoni ta’ l-Assoċjazzjonijiet għall-Kaċċa u l-Konservazzjoni tal-Unjoni Ewropeja (FACE)
pr1487
09/09/2009
| L-Uffiċċju tal-Prim | Ministru jirreferi għad-dikjarazzjoni li ħarġu llum flimkien BirdLife International, ta’ liema għaqda BirdLife Malta hija membru, u l-Federazjoni ta’ l-Assoċjazjonijiet għall-Kaċċa u l-Konservazzjoni tal-Unjoni Ewropeja (FACE), ta’ liema Assoċjazjoni l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) hija membru, dwar id-deċiżjoni li ser tingħata għada mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropeja dwar il-Każ fuq il-kaċċa tal-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa. Din id-dikjarazzjoni hija annessa ma’ din l-istqarrija. |
| Il-Gvern Malti itenni | l-pożizzjoni tiegħu kif diġa ġiet ikkomunikata fl-istqarrija numru 171/08 maħruġa mid-DOI fil-31 ta’ Jannar 2008, li ”Il-Gvern jidhirlu li l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea huwa l-aħjar post fejn għandu jiġi deċiż dan il-każ darba għal dejjem u, filwaqt li se jagħmel il-każ tiegħu skond il-liġi, jiddikjara li ser joqgħod għad-deċiżjoni tal-Qorti.” |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en