Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA

pr1486
Date Icon 09/09/2009
Deputati ta’l-Oppozizzjoni jattakkaw l-Universita’ u l-Qasam tas-Saħħa
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħu Sport u s-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa jinnota l-attakk li għamlu d-Deputati ta’ l-Oppozizzjoni Evarist Bartolo u Michael Farrugia fuq l-Universita’ u fuq is-servizzi tas-saħħa.
Il-Gvern jassigura li l-intervisti li se jsirumill-Universita’ lill-“mature students” li applikaw biex jidħlu għall-korsijiet li jwasslu għall-professjoni ta’ infermiera se jsiru kif hu xieraq u b’ġustizzja u jkunu bażati fuq il-kwalifiki u l-kompetenzi tal-kandidati.  L-intervisti se jsiru bl-istess mod serju li dejjem saru u għalhekk hu ta’ għajb li d-deputati laburisti fil-ġranet ta’ qabel mal-mature students se jkunu eżaminati mill-Universita’ jippruvaw idaħħlu dubju billi jallegaw affarijiet infondati.
Il-Gvern u l-Universita’ diġa’ ddikjaraw lil-kandidati applikanti kollha eliġibbli li kisbu l-kwalifiki meħtieġa sal-31 ta’ Awissu jkunu jistgħu jagħmlu l-kors fil-B.Sc Nursing jew kors li jwassal għal Diploma u s’issa diġa’ kienu aċċettati  165 student biex jibdew dawn il-korsijiet.  Dan ifisser li mill-medja ta’ 90 student li kienu jidħlu fl-aħħar snin, diġa’ hemm żieda għal 165 student u studenta li se jkomplu dawn il-korsijiet.
Biex seta’ sar dan u biex ikunu aċċettati aktarstudenti bil-kwalifiċi minn dawk li se jkunu intervistati fil-jiem li ġejjin, l-universita’ kellha tirristruttura t-time tables ta’ dawn il-korsijiet.
Il-Gvern diġa qal li dawn il-korsijiet se jkunutal-livell neċessarju u mhux lest jikkomprometti l-livell u l-kwalita’ tal-kors li jiddependi wkoll mis-sodod disponibbli fl-isptar għal dan it-taħriġ.
Jekk ikun il-każ, il-Gvern lest ukolljikkunsidra l-possibbilta’ li studenti eliġibbli jintbagħtu jagħmlu  “placements” kliniċi fi sptarijiet magħrufa barra minn Malta.
Barra minn dan qed tkun studjata l-possibilta’li l-universita tintroduċi korsijiet part-time fin-nursing biex tkun tista’ tilqa’ u tħarreġ aktar studenti f’din il-professjoni.
B’konnessjoni ma’ dan is-suġġett, fil-jiem liġejjin, il-Ministru Dolores Cristina u s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Joe Cassar se jkollhom laqgħa mas-Sur Paul Pace, President tal-MUMN.
Il-Gvern jinnota n-nuqqas ta’ apprezzament lil-Oppożizzjoni  qed turi lejn il-qasam tas-saħħa u dawk li jaħdmu f’dan is-settur billi teżaġera l-affarijiet fi sforz partiġġjan biex tkisser il-fiduċja tal-pazjenti fil-professjonisti u fil-qasam tas-saħħa.
Is-sena li għaddiet fl-Isptar Mater Dei saruaktar minn 35,000 operazzjoni.  Dan ifisser li qed isiru medja ta’ 250 operazzjoni aktar fix-xahar milli kienu jsiru fl-Isptar San Luqa.  Il-Gvern japprezza l-ħidma siewja li qed jagħmlu dawk kollha nvoluti fil-qasam tas-saħħa għall-ġid tal-pazjenti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow