STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI
pr1485
09/09/2009
| Il-Gvern Malti jibqa’ impenjat | favur is-sostenibbilita’ tal-ispeċi tat-tonn |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali | jirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea mħabbra llum fejn fiha ġie deċiż li l-Kummissjoni Ewropea b’mod proviżorju taqbel li tappoġġja t-talba tal-Prinċipat ta’ Monako favur l-inklużjoni tal-ispeċi tat-tonn (Thunnus thynnus (Linnaeus, 1758)) fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni tas-CITES (Convention on International Trade in Endangered Species); il-Kummissjoni Ewropea ħabbret ukoll li d-deċiżjoni finali tagħha tkun imħabbra qabel il-laqgħa tas-CITES li se ssir f’Marzu 2010 wara li tkun evalwat id-data xjentifika. |
| L-industrija tat-tonn hija waħda importanti | għall-ekonomija Maltija u l-Gvern hu favur li jsib il-bilanċ meħtieġ biex jiżgura futur sostenibbli għal din l-ispeċi u l-vjabbilta’ ta’ din l-attivita’ ekonomika u dan permezz ta’ sehem attiv fl-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas) u nfurzar rigoruż tad-deċiżjonijiet inklużi fil-Pjan Multi-Annwali għall-Irkupru tat-Tonn li ġie maqbul fl-aħħar laqgħa tal-ICCAT li saret f’Marrakesh f’Novembru tal-2008. |
| Il-Kummissjoni Ewropea sejra tikkonsulta | l-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea fuq il-proposta ta’ Monako nhar il-21 ta’ Settembru 2009. Il-Gvern Malti ghalhekk ser ikompli bil-laqghat tiegħu ta’ konsultazzjoni mas-setturi Maltin li jistgħu jiġu affettwati jekk il-proposta ta’ Monako tiġi aċċettata mis-CITES f’Marzu 2010. Ta’ min jinnota li din il-proposta, jekk tigi aċċetta, ma taffettwax il-bejgħ tat-tonn maqbud mis-sajjieda Maltin li jiġi mibjugħ fis-suq Malti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en