ŻEWĠ PROĠETTI B’FONDI EWROPEJ MILL-ASSOĊĊJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI
pr1484
09/09/2009
| Fil-preżenza | tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali llum nediet żewġ proġetti ko-finanzjati mill-UE li hija msieħba fihom. |
| L-ewwel proġett | Medins ffinanzjat mill-INTERREG, hu proġett ta' kooperazzjoni transnazzjonali li l-għanijiet tiegħu huma li jikkataloga, jippromwovi u jivvaloratizza l-patrimonju kulturali intanġibbli, bħalma huma l-festi u tradizzjonijiet, il-lingwa, l-arti performattiva, u r-ritwali. Il-proġett se jistabbilixxi netwerk ta’ operaturi mill-Ewropa ta’ isfel li qed jaħdmu biex l-elementi kulturali intanġibbli jiġu mħarsa mir-riskju ta' estinzjoni, filwaqt li jiġu wżati bħala riżors għall-iżvilupp tal-lokalitajiet. |
| Wieħed mill-għanijiet | ta’ dan il-proġett huwa l-kreazzjoni ta’ reġistru online(Invisible Heritage Register), li jikktataloga l-wirt intanġibbli tal-pajjiżi parteċipanti. |
| It-tieni proġett | huwa Philoxenia, li għal tliet snin, minn din is-sena sa l-2012, il-proġett ser ikollu l-appoġġ finanzjarju, tekniku u kulturali biex jghin 90 persuna, 54 nisa u 36 irġiel, li jixtiequ joħolqu proġetti żgħar biex jikkontribwixxi għall-kontinwità tat-territorji rurali. Il-baġit totali għal dan il-proġett huwa ta’ madwar €1.9 miljun filwaqt li l-baġit għall- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali huwa madwar € 280,000. |
| Waqt din il-presentazzjoni | twaqqaf l-isteering committee ta’ dan il-proġett f’Malta b’rapreżentanti tac-Chamber of Commerce, GRTU, MCESD, ETC, BOV, Malta Enterprise, id-Dipartiment tal-Kummerċ, u l-media. Il-proġett ser iwaqqaf 15-il intrapriżi żgħar f'Malta u Għawdex u se jipprovdu assistenza lil dawn l-intraprendituri. |
| F’intervent li | għamel, l-Onor Chris Said faħħar il-ħidma tal-Assoċjazzjoni li qed tkabbar id-dimensjoni tagħha u qed tidħol għal proġetti innovattivi li għandhom ukoll diversifikazzjoni – wieħed bl-għan li jqajjem kuxjenza fuq il-wirt intanġibbli u qed jara li jippreserva dan il-wirt, filwaqt li l-ieħor qed jagħraf jiftaħ orizzonti ġodda għal opportunitajiet ta’ xogħol għal nisa u rġiel permezz ta’ proġetti żgħar imma relevanti f’żoni rurali. Is-Segretarju Parlamentari enfasizza wkoll l-importanza tal-kunsilli lokali biex jattiraw aktar fondi Ewropej li jistgħu jissarfu f’iktar opportunitajiet ta’ xogħol għar-residenti, kif ukoll l-importanza li l-Kunsilli jaħdmu f’networking kemm ma’ organizazzjonijiet Maltin kif ukoll barranin biex jagħrfu jaqsmu u jrawmu esperjenzi ġodda. |
| Dawn iż-żewġ | proġetti qed jiggwadanjaw mill-Fond ta’ Ko-finanzjament għal Proġetti Ewropej tal-Kunsilli Lokali taħt is-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en