Left arrow Mur Lura

MALTA U S-SERBJA JIFFIRMAW FTEHIM DWAR IL-HELSIEN MIT-TASSAZZJONI DOPPJA

pr1481
Date Icon 09/09/2009
EWWEL ŻJARA LI QATT GĦAMELMINISTRU MIS-SERBJA F’PAJJIŻNA
Malta u s-Serbja ffirmaw ftehim bilaterali dwaril-ħelsien mit-tassazzjoni doppja, dan fi tmiem laqgħa li l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-Onor Tonio Borg kellu mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tas-Serbja Vuk Jeremic. L-iffirmar tal-ftehim sar mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment l-Onor Tonio Fenech u mill-Ministru tas-Serbja. Din kienet l-ewwel żjara li qatt għamel Ministru mis-Serbja f’Malta.
L-iffirmar tal-ftehim dwar il-ħelsienmit-tassazzjoni doppja ffirmat mas-Serbja huwa t-tnax-il wieħed li ġie ffirmat f’din il-leġislatura. L-aħħar wieħed ġie ffirmat mill-Viċi Prim Ministru fiż-żjara li wettaq fil-Qatar fl-aħħar ġranet ta’ Awwissu. Dawn l-arranġamenti, saru ma’ Franza, l-Istati Uniti, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Montenegro u l-Isvizzera. Il-ftehim fuq il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja jgħinu iktar biex jinfetħu toroq ġodda mal-pajjiżi firmatarji biex jinġieb iktar investiment.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin Tonio Borg, f’ kummenti li għamel, qal li dan il-ftehim se jkun qed jgħin liż-żewġ pajjiżi biex ikabbru l-kummerċ bejniethom. Sostna li huwa importanti li Malta u s-Serbja jaħdmu iktar flimkien f’dan il-qasam biex iżidu l-opportunitajiet ta’ investiment u joħolqu iktar postijiet tax-xogħol.
Il-Viċi Prim Ministru kompla jgħid li huwaimportanti li Malta u s-Serbja jsaħħu l-isforzi tagħhom  f’diversi oqsma bilaterali li huma ta’ interess għaż-żewġ naħat.  Għal dan il-għan, il-Viċi Prim Ministru qal li t-twaqqif ta’ Grupp Parlamentari bejn iż-żewġ pajjiżi ikun jista’ jgħin biex iġib liż-żewġ pajjiżi iktar qrib xulxin fuq livell parlamentari.
Fl-2008 it-total ta’ kummerċ bejn iż-żewġpajjiżi kien ta’ 1.2 miljun ewro, tnaqqis minn dak tas-sena ta’ qabel li kien ta’ madwar 2 miljun ewro. L-iktar oġġetti li jiġu nnegozjati bejn iż-żewġ pajjiżi huma ċ-ċereali, karta stampata, għamara u materjal ieħor marbut mal-ajruplani.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg ppropona lijiġu organizzati delegazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Huwa qal li dawn jgħinu biex jikbru l-kuntatti bejn in-negozjanti u l-investituri taż-żewġ naħat, iżda wkoll jgħin biex jgħarfu l-potenzjal li l-ħidma konġunta tista’ twassal għal opportunitajiet f’pajjiżi ġirien.
Fit-taħditiet, il-Viċi Prim Ministru tkellemdwar l-avvanz ta’ Malta fid-diversi oqsma tas-soċjeta’. Huwa qal li l-pajjiż qed jattira iktar investiment f’oqsma moderni tal-ekonomija, fosthom daw marbuta mas-servizzi tas-saħħa, l-ICT, l-avjazzjoni kif ukoll oqsma bħalma huwa l-ambjent. Semma s-settur tas-servizzi finanzjarji u t-turiżmu li huma żewġ pilastri tal-ekonomija Maltija.
Il-Ministru Tonio Borg enfasizza fuq l-avvanz liMalta għamlet fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika u fakkar kif bosta kumpaniji internazzjonali tal-IT qed jagħzlu l-pajjiżna biex jinvestu fih. Għaldaqstant huwa ħeġġeġġ lis-Serbja biex tieħu l-opportunitajiet li qed toffri Malta f’dan is-settur u hija wkoll tinvesti f’dan il-qasam.
Fl-aħħar huwa fakkar kif iż-żewġ pajjiżi jistgħujkomplu jsaħħu ir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom anki fuq l-aspett kulturali. Fuq dan l-aspett, il-Ministru Tonio Borg qal li jistgħu jkunu inkoraġġiti aktar arranġamenti ta’ ġemellaġġ bejn kunsilli lokali taż-żewġ pajjiżi. Sostna li għandu jkun hemm iktar sforzi biex jissaħħaħ it-turiżmu.
Il-Viċi Prim Ministru tkellem dwar oqsma oħrata’ interess, fosthom dwar in-niċċa tat-tagħlim tal-Ingliż f’Malta, dwar dan huwa qal li Malta toffri ambjent ideali għal dawk li jixtiequ jitgħallmu l-Ingliż.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg qal li għalkemmMalta m’għandiex Ambaxxata f’Belgrad, f’Jannar ta’ din is-sena nfetaħ b’kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet Spanjoli uffiċċju fl-Ambaxxata Spanjola li jipproċessa l-Viża. S’issa diġa’ ntlaqgħu 300 applikazzjoni għal viża li ħafna minnhom ġew approvati.
Huwa temm jgħid li f’Malta hawn numru mdaqqasta’ ċittadini mis-Serbja, madwar 3000 persuna li jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna li fi kliem il-Viċi Prim Ministru dawn qed jgħinu fit-tkabbir tal-ekonomija Maltija. Għaldaqstant dan jista’ jkun ta’ opportunita’ biex titwaqqaf assoċjazzjoni ta’ ħbiberija bejn Malta u s-Serbja.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru tas-Serbja stqarrli s-Serbja tixtieq u qed taħdem bi sħiħ biex tkun bħal Malta, jiġifieri membru tal-Unjoni Ewropea u parti miż-żona ewro. Din hija d-direzzjoni li qed jieħu l-Gvern Serb.

Comparative Indicators 2008

Economic Indicators

Malta

Serbia

Population

413,609

c.a 7,500,000

Euro

Euro

GDP 2008

5,759 million

27,128 million (2007)

GDP per capita

14,000

3,671

Labour Force

172,600

2.961 million

Unemployment Rate

6.5%

24.4% (2007)

Inflation Rate

4.3%

10.1% (2007)

Public Debt to GDP ratio

63%

37% (2007)

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow