20 KUNSILL LOKALI JIBBENEFIKAW MINN FONDI GĦAL LOKALITAJIET BI BŻONNIJIET SPEĊJALI
pr1478
07/09/2009
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said, illum ħabbar l-20 kunsilli lokali li ser ikunu qed jibbenefikaw minn €565,000 f’fondi speċjali għal lokalijiet bi bżonnijiet partikolari. Dan il-fond huwa kontribuzzjoni finanzjara li qed tingħata lill-kunsilli lokali apparti l-allokazzjoni diretta ta’ 28 miljun ewro li l-gvern għadda lill-kunsilli lokali din is-sena. |
| Dr Said stqarr li fil-proċess ta’ | konsultazzjoni dwar it-tiġdid tal-kunsilli lokali rriżulta li bosta lokalitajiet jiffaċċjaw problemi differenti minn xulxin. Minħabba f’hekk ma tistax tinstab soluzzjoni għal formola ta’ allokazzjoni waħda li tirrispondi tajjeb għar-realtajiet differenti ta’ kull lokalità. Kien għalhekk illi ġie deċiż li jiddaħħlu fondi speċjali apparti l-allokazzjoni diretta għal lokalitajiet li jaffaċċjaw problemi speċifiċi fil-ħidma mistennija minnhom. |
| 37 kunsill lokali applikaw għal dawn il-fondi | speċjali u minnhom kkwalifikaw 20 kunsilli li llum qed jingħataw l-għajnuna. Il-kunsilli li bbenefikaw huma l-Belt Valletta u r-Rabat Għawdex, Bormla, Birżebbuġa, Floriana, Fontana, Marsa, Marsaskala, Mellieħa, Mqabba, Msida, Munxar, Nadur, Paola, San Ġiljan, San Lawrenz, Sliema, Xgħajra, Floriana, Żebbuġ, San Pawl il-Baħar. |
| Il-bord tal-evalwazzjoni, biex wasal għal din | l-allokazzjoni, ħa diversi fatturi in konsiderazzjoni bħall-problemi ppreżentati, jekk il-baġit tal-Kunsill hux biżżejjed biex jattwa r-responsabilitajiet statutorji, u jekk il-Kunsill għandux dħul minn sorsi oħra. |
| Il-fondi allokati ġew immirati lejn aspetti | speċifiċi bħal: bliet kapitali (Valletta u Victoria), żoni turistiċi (bħall-Mellieħa, Xlendi, Munxar, Sliema u San Ġiljan, San Pawl il-Baħar u ż-Żebbug, Marsalforn); lokalitajiet ċentrali (bħall-Marsa, Msida, Paola, Floriana), u problemi speċjali (bħal Bormla, Birżebbuġia, Fontana, Mqabba, Nadur u Xgħajra). |
| It-tipi ta’ proġetti magħżula jiffokaw l-iktar | fuq ġbir ta’ skart, tindif u manutenzjoni. |
| Dr Said spjega li dan il-fond inbeda bħala | esperiment u iktar ‘il quddiem hemm il-ħsieb li jkompli jissaħħaħ. Għalaq billi rringrazzja lill-kunsilli lokali tad-dedikazzjoni tagħhom biex japplikaw għall-fondi u b’hekk jassiguraw li jżommu l-lokalità fl-aħjar stat possibbli. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en