Left arrow Go Back

20 KUNSILL LOKALI JIBBENEFIKAW MINN FONDI GĦAL LOKALITAJIET BI BŻONNIJIET SPEĊJALI

pr1478
Date Icon 07/09/2009
Is-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said, illum ħabbar l-20 kunsilli lokali li ser ikunu qed jibbenefikaw minn €565,000 f’fondi speċjali għal lokalijiet bi bżonnijiet partikolari. Dan il-fond huwa kontribuzzjoni finanzjara li qed tingħata lill-kunsilli lokali apparti l-allokazzjoni diretta ta’ 28 miljun ewro li l-gvern għadda lill-kunsilli lokali din is-sena.
Dr Said stqarr li fil-proċess ta’konsultazzjoni dwar it-tiġdid tal-kunsilli lokali rriżulta li bosta lokalitajiet jiffaċċjaw problemi differenti minn xulxin. Minħabba f’hekk ma tistax tinstab soluzzjoni għal formola ta’ allokazzjoni waħda li tirrispondi tajjeb għar-realtajiet differenti ta’ kull lokalità. Kien għalhekk illi ġie deċiż li jiddaħħlu fondi speċjali apparti l-allokazzjoni diretta għal lokalitajiet li jaffaċċjaw problemi speċifiċi fil-ħidma mistennija minnhom.
37 kunsill lokali applikaw għal dawn il-fondispeċjali u minnhom kkwalifikaw 20 kunsilli li llum qed jingħataw l-għajnuna. Il-kunsilli li bbenefikaw huma l-Belt Valletta u r-Rabat Għawdex, Bormla, Birżebbuġa, Floriana, Fontana, Marsa, Marsaskala, Mellieħa, Mqabba, Msida, Munxar, Nadur, Paola, San Ġiljan, San Lawrenz, Sliema, Xgħajra, Floriana, Żebbuġ, San Pawl il-Baħar.
Il-bord tal-evalwazzjoni, biex wasal għal dinl-allokazzjoni, ħa diversi fatturi in konsiderazzjoni bħall-problemi ppreżentati, jekk il-baġit tal-Kunsill hux biżżejjed biex jattwa r-responsabilitajiet statutorji, u jekk il-Kunsill għandux dħul minn sorsi oħra.
Il-fondi allokati ġew immirati lejn aspettispeċifiċi bħal: bliet kapitali (Valletta u Victoria), żoni turistiċi (bħall-Mellieħa, Xlendi, Munxar, Sliema u San Ġiljan, San Pawl il-Baħar u ż-Żebbug, Marsalforn); lokalitajiet ċentrali (bħall-Marsa, Msida, Paola, Floriana), u problemi speċjali (bħal Bormla, Birżebbuġia, Fontana, Mqabba, Nadur u Xgħajra).
It-tipi ta’ proġetti magħżula jiffokaw l-iktarfuq ġbir ta’ skart, tindif u manutenzjoni.
Dr Said spjega li dan il-fond inbeda bħalaesperiment u iktar ‘il quddiem hemm il-ħsieb li jkompli jissaħħaħ. Għalaq billi rringrazzja lill-kunsilli lokali tad-dedikazzjoni tagħhom biex japplikaw għall-fondi u b’hekk jassiguraw li jżommu l-lokalità fl-aħjar stat possibbli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow