KUNSILLI LOKALI F’POZIZZJONI LI JAGHTU L-AHJAR SERVIZZ LIR-RESIDENTI.
pr1474
05/09/2009
| Mill-bidu t’ | Ottubru il-Kunsilli Lokali jibdew jifthu nhar ta’ Sibt ghas-servizz tar-residenti |
| Waqt il-laqgha | annwali tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) li saret illum f’ lukanda f’Bugibba u li ghaliha kienu mistienda aktar minn 450 Kunsillier, is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor Chris Said, ta harsa lejn l-ahhar sena ta’ hidma tal-Gvern fil-qasam tal-Kunsilli Lokali. Fost l-ohrajn semma l-konsultazzjoni wiesgha li saret fosthom mal-Kunsilliera kollha biex inholoq id-dokument b’122 decizjoni li issa bdew jitweqqu u l-emendi ghall Att dwar il-Kunsilli Lokali mressqa fil-Parlament. Fadal biss it-tielet qari ta’ dan l-Att li ser jitressaq kif jerga’ jiftah il-Parlament wara x-xhur tas-Sajf. |
| Dr Chris Said ghamel | referenza ghall-ghajnuna li qed tinghata mill-Gvern fir-rizorsi lill-Kunsilli Lokali. Fost dawn hemm numru ta’ skemi li holoq il-Gvern matul din l-ahhar sena ddisinjati b’mod specifiku ghan-necessitajiet tal-Kunsilli, bhal ma huma l-iskemi ta’ accessibilita`, sports fil-komunita`, skemi ta’ energy saving, u dik tal-attivitajiet kulturali, fejn il-fondi ghall-2010 issa gew irduppjati wara s-success li nkiseb mill-fond ta’ din is-sena. Dr Said semma wkoll li tlett lokalitajiet gew moghtija l-fondi necessarji biex ihejju rapport holistiku dwar lokalita sostenibbli, u bhalissa tinsab ghaddejja l-inizjattiva Lokalitajiet Indaf, li hija forma ta’ kompetizzjoni ghall-iktar lokalita` nadifa fix-xhur tas-sajf. |
| Dr Said stqarr li | issa resqin biex fl-10 t’ Ottubru issir l-elezzjoni ghall-ezekuttiv il-gdid tal-AKL bir-regolamenti l-godda li ghadhom kemm gew ippubblikati. Bhalissa l-Gvern flimkien mal-Kunsilli lokali ghaddej bil-hidma sabiex mill-bidu t’Ottubru wkoll il-Kunsilli Lokali jibdew jifthu nhar ta’ Sibt ghas-servizz tar-residenti. |
| Rigward ir-revizjoni | tas-sistema tal-infurzar Dr Said qal li matul is-sajf sar process shih ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders kollha u sal-ahhar tas-sena mistenni jidhol fis-sehh it-tibdil li hemm bzonn biex din is-sistema tkun aktar addatatta biex teduka u ggib l-ordni fil-lokalitajiet. |
| Waqt din il-laqgha | Dr Said ghamel ukoll referenza ghat-twaqqif tal-kumitati amministrattivi tal-komunitajiet fejn fi zmien qasir ser isiru l-elezzjonijiet kif ukoll it-twaqqif ta’ hames kumitati regjonali sal-ahhar ta’ Novembru. |
| Is-Segretarju | Parlamentari ghalaq id-diskors tieghu billi enfasizza fuq zewg aspetti importanti li l-kunsilli ghandhom jahdmu dejjem iktar fuqhom – dak li l-Kunsilli jaghtu kaz ahjar tal-ilmenti mressqa mir-residenti, u l-hidma essenzjali ta’ kull Kunsill biex izomm il-lokalita` nadifa. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en