Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI JINDIRIZZA KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET WAQT IT-TĦABBIR TAL-PROGRAMM TAR-REGATTA NAZZJONALI LI SER TINŻAMM NHAR IT-TLIETA 8 TA’ SETTEMBRU

pr1471
Date Icon 04/09/2009
“Mis-sena d-dieħla r-Regatta Nazzjonali se tibdatkun amministrata mill-Kunsill Malti għall-Isport u mhux aktar mill-Kumitat Festi Nazzjonali”.
Danħabbru s-Segretarju Parlamentari għaż-Żghażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn ingħataw dettalji dwar ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja.
Clyde Puli fisser kif ir-regatta hija avvenimentkulturali li għandu rabta mat-tradizzjoni u l-istorja ta’ pajjiżna.  Għaldaqstant sostna li għandna nkomplu ninsistu biex din it-tradizzjoni ma tintilifx anzi tkompli tkun inkoraġġuta.
Filwaqt li faħħar il-kontribut ta’ Melitafil-qasam tal-isport lokali, Clyde Puli appella lill-media biex tkompli twassal messaġġ pożittiv favur l-isport lokali.  Hu spjega li hu permezz tal-media li l-poplu jista’ jirrikonoxxi l-parteċipazzjoni u s-sagrifiċċji ta’ sportivi Maltin.
Finalment Clyde Puli awgura lill-parteċipantikollha li se jieħdu sehem f’din l-edizzjoni u appella biex jirrenja l-elementi ta’ sportività.
Fil-konferneza tal-aħbarijiet tkellem ukolliċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport li qal li għal din l-edizzjoni żewġ diretturi fi ħdan il-KMS, inħatru sabiex ikunu preżenti fil-laqgħat ta’ preparazzjoni u b’hekk ikollhom għarfien dirett tal-loġistika tal-attività.
Dansar sabiex KMS tifhem aktar mill-viċin u b’hekk ikunu jistgħu jibnu fuq it-tajjeb li sar fl-edizzjonijiet passati mill-Kumitat tal-Festi Nazzjonali.
L-għan tal-KMS hu li, minbarra li t-tradizzjonitar-regatta ma tintilifx, l-attività tinfirex aktar kemm mill-lat ta’ parteċipazzjoni kif ukoll mill-lat ta’ interess mill-pubbliku.
Il-President tal-Kumitat FestiNazzjonali Nazju Abela ħabbar li l-Klabbs (“Distretti”) li ser jipparteċepaw huma Bormla, Birżebbuġa, il-Birgu, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamexett. Nazju Abela ħabbar ukoll tibdil f’xi regolamenti għal din l-edizzjoni fosthom li biex klabb jieħu sehem fit-tiġrijiet tal-Kategorija B irid jieħu sehem fit-tiġrija rispettiva tal-Kategorija A.
Dan ir-regolamentġie ntrodott biex il-parteċipazzjoni u l-kompettitività u l-ispettaklu tat-tiġrijiet li jwasslu għar-rebħ tal-aggregate shield ikunu aktar spettakolari.
Bis-saħħa ta’ danir-regolament jidher li l-parteċipazzjoni globali tal-klabbs fit-tiġrijiet kollha tar-Regatta żdiedet. Infatti żewġ klabbs biss mhux se jieħdu sehem fit-tiġrijiet kollha li hemm fil-programm.
Regolament ieħorinteressanti hu dak li jagħti s-saħħa liċ-Chief Judge biex fi kwalunkwe każ jistabilixxi xi korsa jew korsiji partikolari, qabel it-tiġrija, kif iħoss li jkun l-aħjar interess tal-andament tal-Regatta.
Il-konferenza tal-aħbarijietkienet indirizzata wkoll minn Malcolm Briffa, Head of Marketing ta’ Melita. Is-Sur Briffa qal li bħala kumpanija li qegħda fuq quddiem fejn jidħol il-home entertainment u d-divertiment għall-familja, Melita hi mpenjata bis-sħiħ biex tkompli tikkontribwixxi fl-izvilupp tal-isports lokali, fit-tisħiħ tal-assoċjazzjonijiet sportivi lokali, fil-promozzjoni tal-isports u l-kultura Maltija.
Malcolm Briffa qalli l-isem Melita ilu sinonimu mad-dinja tal-isport għal dawn l-aħħar snin, grazzi għall-kontenut uniku li joffri l-istazzjon Melita Sports. Dawk kollha li jsegwu x-xena tal-isport – kemm lokali  kif ukoll internazzjonali – jafu li Melita toffrilhom aċċess għall-aqwa logħob u dixxiplini tal-istaġun, dejjem b’xandiriet diretti.
Is-SurBriffa żied jgħid li Melita bi ħsiebha tkompli  tassisti l-isforzi tal-Gvern u ta’ għaqdiet sportivi oħra fil-promozzjoni ta’ sports u dixxiplini li huma tant għal qalb ta’ ħafna Maltin.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow