KAMPANJA EDUKATTIVA DWAR L-INFLUWENZA FL-ISKEJJEL
pr1469
04/09/2009
| Hekk kif l-istudenti u l-għalliema se jidħlu | lura fl-iskejjel aktar tard dan ix-xahar, ġiet finalizzata kampanja informattiva u edukattiva li se ssir fl-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex dwar l-A H1N1. |
| Id-dettalji ġew diskussi waqt laqgħa bejn | il-Ministeru tal-Edukazzjoni u s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ mad-Dipartiment tas-Saħħa. Il-Kampanja hija ppjanata li twassal messaġġ ta’ prekawzjoni lit-tfal kif ukoll lill-għalliema, b’mezzi differenti. Fost oħrajn se tintuża diska li permezz tagħha t-tfal ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-prekawzjonijiet bażiċi li għandhom jittieħdu. |
| Id-dettalji ta’ din il-kampanja se jingħataw | il-ġimgħa d-dieħla waqt konferenza tal-aħbarijiet. |
| Id-Dipartiment tas-Saħħa jisħaq fuq l-importanza | li min ikun ma jiflaħx jibqa’ d-dar, u ma jmurx l-iskola jew postijiet oħra. Id-Dipartiment jisħaq fuq l-importanza li kulħadd jifhem li dan, flimkien mal-ħasil regolari tal-idejn bl-ilma u s-sapun, huwa l-aktar mod effiċjenti ta’ kif wieħed irażżan it-tixrid tal-influwenza. |
| Aktar kmieni din is-sena s-Segretarjat | Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità bagħat fuljett f’kull dar dwar il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu. Fost il-prekawazzjonijiet hemm: |
| • Li jigi evitat kuntatt ma’ nies li huma | morda bl-influwenza • Li tagħtti ħalqek meta tisgħol jew tagħtas. • Li jitnaddfu ta’ spiss l-uċuh tal-pumitjiet u vitijiet bl-ilma u s-sapun • Li persuni li jgħixu waħdehom jaħsbu minn qabel min jista’ jgħinhom f’kas li jinltaqtu mill-influwenza |
| Il-fuljett jista’ jinkiseb minn fuq il-website | www.doi.gov.mt kif ukoll minn www.gov.mt |
Stqarrijiet Oħra:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en