Left arrow Go Back

KAMPANJA EDUKATTIVA DWAR L-INFLUWENZA FL-ISKEJJEL

pr1469
Date Icon 04/09/2009
Hekk kif l-istudenti u l-għalliema se jidħlulura fl-iskejjel aktar tard dan ix-xahar, ġiet finalizzata kampanja informattiva u edukattiva li se ssir fl-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex dwar l-A H1N1.
Id-dettalji ġew diskussi waqt laqgħa bejnil-Ministeru tal-Edukazzjoni u s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ mad-Dipartiment tas-Saħħa. Il-Kampanja hija ppjanata li twassal messaġġ ta’ prekawzjoni lit-tfal kif ukoll lill-għalliema, b’mezzi differenti. Fost oħrajn se tintuża diska li permezz tagħha t-tfal ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-prekawzjonijiet bażiċi li għandhom jittieħdu.
Id-dettalji ta’ din il-kampanja se jingħatawil-ġimgħa d-dieħla waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Id-Dipartiment tas-Saħħa jisħaq fuq l-importanzali min ikun ma jiflaħx jibqa’ d-dar, u ma jmurx l-iskola jew postijiet oħra. Id-Dipartiment jisħaq fuq l-importanza li kulħadd jifhem li dan, flimkien mal-ħasil regolari tal-idejn bl-ilma u s-sapun, huwa l-aktar mod effiċjenti ta’ kif wieħed irażżan it-tixrid tal-influwenza.
Aktar kmieni din is-sena s-SegretarjatParlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità bagħat fuljett f’kull dar dwar il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu. Fost il-prekawazzjonijiet hemm:
• Li jigi evitat kuntatt ma’ nies li humamorda bl-influwenza • Li tagħtti ħalqek meta tisgħol jew tagħtas. • Li jitnaddfu ta’ spiss l-uċuh tal-pumitjiet u vitijiet bl-ilma u s-sapun • Li persuni li jgħixu waħdehom jaħsbu minn qabel min jista’ jgħinhom f’kas li jinltaqtu mill-influwenza
Il-fuljett jista’ jinkiseb minn fuq il-websitewww.doi.gov.mt kif ukoll minn www.gov.mt
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow