SERVIZZ TA’ HARSIEN GĦALL-ISTUDENTI WARA L-ISKOLA
pr1467
04/09/2009
| Dalgħodu tnieda servizz ġdid tal-Fondazzjoni | għal Servizzi Edukattivi li sa mill-bidu tagħha fittxet li b’serjetà u professjonaliżmu kbir, tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-istudenti u l-ġenituri fl-iskejjel tagħna. Is-servizz il-ġdid, Klabb 3-16, li miegħu hemm marbut il-proġett tal-Fond Soċjali Ewropew, Creative Lives Creative Schools, ser ikompli jifrex is-servizz tal-Fondazzjoni. |
| Il-Klabb 3-16 huwa servizz ta’ appoġġ u | ħarsien għall-istudenti wara l-ħin tal-iskola. Se jibda bi tliet ċentri, fil-Kulleġġ Santa Tereża Skola Primarja ta’ Birkirkara, fil-Kulleġġ Maria Reġina Skola Primarja tan-Naxxar u fil-Kulleġġ San Tumas More Skola Primarja tal-Fgura. Il-Fondazzjoni ser tiftah żewġ ċentri oħra s-sena d-dieħla u qed tippjana li tiftaħ aktar ċentri fis-snin ta’ wara. |
| Is-servizz hu maħsub li jipprovdi opportunità | u spazju fejn il-ġenituri jew carers ikunu jistgħu jħallu t-tfal wara l-ħin tal-iskola u fil-vakanzi. Tħejja programm ta’ attivitajiet, li jinkludi l-Home Work u attivitajiet kreattivi fil-ħin li l-istudenti jagħmlu użu minn dan is-servizz. |
| Kull Ċentru se jkun immexxi minn Koordinatur, | filwaqt li mat-tfal se jkun hemm għalliema li jieħdu ħsieb l-aspett ta’ għajnuna fil-homework u Play Workers li se jieħdu ħsieb l-attivitajiet kreattivi. Dawn se jiġu impjegati fuq bażi ‘part-time’ mal-Fondazzjoni li min-naħa tagħha bdiet il-proċess biex timpjega dawn il-persuni. |
| Klabb 3-16 se jibda fil-5 ta’ Ottubru | f’Birkirkara, fit-12 ta’ Ottubru fil-Fgura u fil-15 ta’ Ottubru fin-Naxxar. Fil-ġranet ta’ qabel ma jibda s-servizz, se jkun hemm jiem ta’ reġistrazzjoni fejn il-ġenituri se jkollhom l-opportunità li jirċievu aktar informazzjoni fuq is-servizz, jaraw il-post, jiltaqgħu mal-Koordinatur taċ-Ċentru u jirreġistraw lit-tfal tagħhom. Is-servizz se jkun jiswa €1.20 fis-siegħa. |
| Marbut ma’ dan is-servizz il-Fondazzjoni | ħolqot skema ta’ sussidju finanzjata parzjalment mill-Fond Soċjali Ewropew. Dan il-proġett jismu Creative Lives Creative Schools. |
| Is-sussidju hu bażat fuq kriterji marbuta | mal-impjiegi. Il-ġenituri jew carers li jistgħu jibbenifikaw minn dan is-sussidju huma dawk li : |
| 1. huma bla xogħol u li jkunu ser jibdew | it-taħriġ sabiex ikollhom opportunitajiet ta’ xogħol. 2. ser jibdew xi kors post sekondarju sabiex ikunu jistgħu javvanzaw fil-karriera tagħhom. 3. qegħdin fil-proċess li jsiru self-employed. 4. jkunu qegħdin jaħdmu fuq bażi part-time / b’ħinijiet imnaqqsa u li jkunu jridu jerġgħu jmorru lura għax-xogħol full time. 5. għandhom iżjed minn 25 sena u li fis-sitt xhur, mill-aħħar tmienja, kienu bla xogħol u ġenituri / carers, li għandhom iżjed minn 25 sena u li fis-sena li għaddiet, mill-aħħar 16-il xhar, kienu bla xogħol. Ix-xogħol irid ikun wara l-ħin tal-iskola. |
| Is-sussidju hu għall-ħin li l-ġenituri | jagħmlu użu mis-servizz u jitla’ sa 85% mill-ispiża tas-servizz. Għalhekk il-Fondazzjoni qed tistieden lill-ġenituri jew carers jagħmlu użu minn dan is-servizz u jekk jikkwalifikaw japplikaw għas-sussidju wkoll. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina qalet li ż-żewġ proġetti huma ħolqa oħra fit-twettieq tal-viżjoni tal-Gvern li jkompli jagħti edukazzjoni tal-ogħla kwalita’ u li jintroduċi miżuri li jgħinu l-pajjiż jilħaq mira oħra – dik li tiżdied ir-rata tal-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. |
| Biex aktar nisa jkunu jistgħu jidħlu fid-dinja | tax-xogħol il-Gvern, permezz tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi qed jipprovdi servizzi ta’ kura għat-tfal, anke wara l-ħin tal-iskola, li tkun ta’ livell għoli affordabbli u allura aċċessibbli għal kulħadd. In-nies li se jaħdmu f’dawn iċ-ċentri huma kollha kwalifikati għax il-Gvern mhux lest jagħmel kompromessi mal-livell tal-edukazzjoni tat-tfal. |
| “Il-Programmi Klabb 3 -16 u Creative Lives | Creative Schools se jgħinunha nilħqu dan l-iskop għaliex huma mmirati biex jagħtu lill-ġenituri li jixtiequ jidħlu fid-dinja tax-xogħol, flessibbilta’ akbar u għażla ta’ ambjent edukattiv żgur u stimulanti fejn iħallu lil uliedhom wara l-ħin tal-iskola.” Il-Ministru Cristina sostniet li dawn il-programmi juru l-impenn tal-Gvern li jinvesti biex jassigura li gruppi li għandhom diffikulta’ biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, mhux għax mhux kapaċi, iżda minħabba l-piż tal-familja, ikollhom mod ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u dik privata tal-familja, billi nipprovdu faċilitajiet aċċessibbli għall-kura u l-indukrar tat-tfal fil-ħin li l-ġenituri jistgħu jkunu qed jaħdmu. |
| L-iskola hi ċentru ta’ tagħlim fil-komunita’ | u allura trid tiftaħ il-bibien tagħha wkoll wara l-ħin tal-iskola. Il-proġetti Klabb 3-16 u Creative Lives se jibnu fuq din il-possibbilta’ biex joffru flessibilta’ akbar għan-nisa li jaħdmu billi jkunu jistgħu jħallu lil uliedhom f’ambjent san u edukattiv, fil-kura ta’ persuna professjonali li jgħinuhom jużaw il-ħin tagħhom b’mod pożittiv kemm għal skop skolastiku kif ukoll biex jagħmlu attivitajiet kreattivi u sportivi li jgħinhom fl-iżvilupp tal-personalita’ tagħhom. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni temmet tgħid li | għalkemm is-servizz ta’ Klabb 3 – 16 se jkun bi ħlas – anke jekk minimu – dawk il-familji li ma jistgħux iħallsu se jkunu sussidjati biex xorta waħda jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan il-proġett. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en