Left arrow Go Back

INIZJATTIVA GĦAL TNAQQIS FIL-MULTI U L-INTERESSI

pr1464
Date Icon 04/09/2009
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment, l-Onor. Tonio Fenech ħabbar inizjattiva li biha min għandu bilanċi tat-taxxa sas-sena bażi 2007 jista’ jibbenefika minn tnaqqis sostanzjali mill-multi u l-imgħaxijiet dovuti.
Din l-inizjattiva hi miftuħa kemmgħall-individwi kif ukoll għall-kumpanniji. Hi miftuħa mhux biss għas-sistema l-ġdida tas-self-assessment (mill-bażi 1998 ‘il hawn), imma wkoll għas-sistema l-antika (sas-sena bażi 1997).
Fil-każ tas-sistema l-ġdida (minn bażi 1998‘il hawn) min iħallas il-bilanċ tat-taxxa kif kien f’Settembru 2009 se jitnaqqaslu 90% tal-imgħax u tal-multa. Fil-każ tas-sistema l-antika (sas-sena bażi 1997) min iħallas 75% tal-bilanċ tat-taxxa se jitnaqqsulu l-25% l-oħra.
Min jidħol f’din l-inizjattiva irid iħallaskollox f’pagament wieħed sal-15 ta’ Jannar 2010. Min għandu xi formoli tat-taxxa neqsin għal xi sena mill-1998 sal-2007 għandu jimliehom u jibgħathom sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Novembru li ġej biex ikun jista’ jibbenefika minn dan it-tnaqqis.
Fil-jiem li ġejjin id-dipartiment se jibgħatittra lil kull min għandu xi bilanċ dwar xi sena, sas-sena bażi 2007, b’tagħrif dwar din l-inizjattiva. L-ittri se jintbagħtu f’Settembru, għalhekk wieħed m’għandux għalfejn imur it-Taxpayer Service jew iċempel lill-Call Centre qabel tasallu l-ittra mid-dipartiment.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow